Il-Baġit għat-22 t’Ottubru … Scicluna: “Irridu namministraw is-suċċess tagħna”

  • Set 10, 2018 09:59
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif kien qiegħed jippreżenta l-Pre-Budget Document għall-2019, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-baġit sejjer jiġi ppreżentat quddiem il-Parlament fit-22 t’Ottubru li ġej, wara li jseħħu numru ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi biex jiddiskutu l-punti saljenti kif preżentati fid-dokument. 

    F’dan id-dokument, il-Gvern elenka l-prijoritajiet l-ġodda tiegħu għas-sena finanzjarji li ġejja, li jinkludu fost l-oħrajn it-tisħiħ tal-kompettivita fis-suq finanzjarju, iktar żviluppi ġodda fis-settur tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart, kif ukoll it-tnedija ta’ ekonomija ċirkulari.

    Scicluna tenna kif it-tkabbir nominali tal-ekonomija Maltija tul dawn l-aħħar snin kien dak ta’ 8%, anke jekk qabel ma ħareġ ir-rapport tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika għat-tieni kwart ta’ din is-sena, l-indikaturi finanzjarji kienu qegħdin juru “deċellerazzjoni.”

    “Nemmen li bħalissa, qegħdin fi stadju fejn irridu nimmaniġġjaw l-aspettativi tagħna. M’għadniex fl-ewwel jew fit-tieni fażi ta’ tkabbir, issa wasalna fi stat li rridu naraw l-aħjar mod kif is-suċċessi tagħna namministrawhom bl-aħjar mod possibbli. Din mhix sejra tkun faċli: Jgħidu li hija iktar diffiċli biex wieħed jinżel minn fuq il-muntanja milli biex jitlagħha, għaliex wieħed jista’ jkun inqas osservanti. Madanakollu, dan il-Gvern qiegħed jagħmel eżami tal-indikaturi ekonomiċi kollha, u qiegħed jiddiskuti ma’ esponenti mis-setturi kollha biex nagħmlu dan.”

    Scicluna saħaq li t-tkabbir ekonomiku “għandu jiġi osservat u interpretat. L-iżvilupp u d-domanda ekonomika qegħdin jitfgħu r-responsabbiltà fuqna biex inkunu iktar attenti. Bħala Gvern qatt ma nistgħu nixbgħu mit-tkabbir ekonomiku, għaliex jekk nagħmlu dan ikun ta’ ħsara għalina.”

    “Madanakollu, issa dan il-Gvern m’għadux jaħseb fuq kwistjoni ta’ “kif sejjer ikollna iktar. Issa, hija iktar kwistjoni ta’ kif sejjer ikollna aħjar.”

    Il-Ministru ħabbar ukoll li skont l-istimi tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Gvern kellu żieda ta’ €113 miljun fuq l-introjtu totali milli dak oriġinarjament stmat. “Dan sejjer iwassal biex, jekk il-Gvern jibqa għaddej bl-istess pass kif konna preċedentament, il-bilanċ tal-Fond Konsolidat tal-Gvern sejjer ikun €98 aħjar milli dak stmat fl-istimi finanzjarji li konna ppreżentajna fis-sena li għaddiet.”

    Scicluna saħaq ukoll kif skont l-istimi tal-Gvern, l-Indiċi li turi d-Deprevazzjoni Materjali wera tnaqqis minn sena għall-oħra, mill-ogħla rata ta’ 20% għal rata iktar viċin it-8%. Fl-Istess ħin, skont ir-rapport tal-Unjoni Ewropeja li tqis l-indiċi tal-faqar kollha, il-faqar li kien stabilizzat fl-2013 u fl-2014 għal 24%, beda nieżel tul dawn l-aħħar snin u issa laħaq it-19%.

    Waqt li kien qiegħed juri ż-żieda ta’ ħaddiema barranin ġewwa pajjiżna, kemm minn persuni minn stati membri tal-UE, kif ukoll minn pajjiżi terzi, Scicluna esprima l-fehma tiegħu li dan l-influss mhux sejjer ikun wieħed permanenti: “Dan l-influss ma jistax jibqa’ sejjer għal dejjem: Għal diversi aspetti li jridu jiġu kunsidrati, bħal infrastruttura u l-bżonnijiet ta’ setturi speċifiċi, li kollox ma kollox sejrin iħallu effett fis-snin li ġejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook