Tmien xjentisti b’fond għall-futur

  • Set 09, 2018 19:11
  • Miktub minn iNews

    Tmienja mill-aqwa xjentisti minn Cambridge laħqu ftehim ta’ sħubija bejniethom biex jinvestu f’teknoloġiji ultra-moderni marbuta ma’ setturi fosthom l-intelliġenza artifiċjali, l-ispazju, ir-riċerka fuq il-moħħ u l-ġenitika. Dan il-fond, imsemmi Ahren, diġà ġabar aktar minn 100 miljun minn investituri oħrajn u mistenni jattira aktar finanzjament fil-Ħarifa. 

    Il-fond qed jitmexxa minn Alice Newcombe-Ellis, gradwata fil-Matematika u l-Fiżika iżda li llum saret fund manager, li kkonvinċiet tmienja mill-aqwa riċerkaturi u imprendituri xjentifiċi biex jingħaqdu f’dan il-proġett innovattiv u li għandu l-għan li jiftaħ fruntieri ġodda lil hinn mill-għarfien attwali tal-bniedem. 

    Hija ddeskriviet il-proġett bħala wieħed b’riskju għoli iżda li kapaċi jagħti ritorn kummerċjali bla limiti. Spjegat ukoll kif l-erba’ aspetti li fuqhom se jiffoka l-fond, għalkemm jidhru distinti, filfatt jikkumplimentaw lil xulxin.

    L-ewwel investiment se jkun fil-forma ta’ sehem fa’ 10 miljun dollaru f’ Cambridge Epigenetix, kumpanija bijoteknoloġika li qed tiżvluppa testijiet għall-attività ġenetika marbuta ma’ mard partikolari, bit-tama li jiġu żviluppati trattamenti ġodda li fil-futur itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-bniedem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0