Pressjoni qawwija “biex iċedi” minħabba l-każ ta’ Hondoq ir-Rummien

  • Set 09, 2018 15:15
  • Miktub minn iNews

    Resident fil-Qala qed juru solidarjetà mas-Sindku Pawlu Buttiġieġ wara li fl-aħħar jiem allegatament qed issir pressjoni kbira biex  ‘iċedi’.  Ir-residenti qalulna li huma jemmnu li l-pressjoni li qed issir hi minħabba l-battalji li għaddej biha kontra l-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien.

    “Lil Pawlu Buttiġieġ nafu sew. Hu persuna li l-Qala u Ħondoq ir-Rummien tista’ tgħid li huma importanti daqs il-familja tiegħu. Lil Pawlu, spiss tarah inaddaf żoni li fihom kien jintrema’ l-iskart”.  “Ftit issib sindki bħal Pawlu li jmiddu idejhom huma stess għal xogħol li jkun hemm bżonn fil-lokalità. Naħseb li l-battalja li għamel u li għadu għaddej biha fir-rigward ta’ Ħondoq ir-Rummien u dak li kien hemm propost, flimkien mal-kuxjenza ambjentali li għandu, huma ir-raġunijiet għaliex hemm pressjoni għaddeja biex dan jispiċċa iċedi u ma jibqgħax imexxi l-lokal tal-Qala”.

    Dawn kienu kummenti li għaddewlna diversi residenti mill-Qala u dan hekk kif fl-aħħar jiem bdew jinstemgħu l-allegati pressjonijiet li qed isiru fuq Pawlu Buttiġieġ. Jidher li l-pressjonijiet huma diversi u ġejjin minn diversi bnadi. 

    Wieħed mir-residenti li tkellem magħna qalilna li “naf lil Pawlu sew u naf li dan mhux se jċedi quddiem dak li għaddej. Imma ma naħsibx lanqas li hu ġust li dan jispiċċa msallab b’sekwestri li skont kif allegat jammontaw għal nofs miljun ewro.  Allura l-fatt li kellek sindku li ħadem qatigħ għal lokal u spiċċa f’din is-sitwazzjoni, possibbli li f’dan il-pajjiż m’għandniex strutturi li jkunu ta’ appoġġ għal sindki li jispiċċaw f’sitwazzjoni simili fejn lanqas jistgħu imissu sold minn dak li għandhom il-bank kawża ta’ sekwestru”. 

    Resident ieħor qalilna li “meta ħareġ il-każ tal-inċident li kien involut fih Pawlu Buttiġieġ sena u xahrejn ilu li fih kien weġġa’ ħaddiem, kien hemm min beda jgħid issa Pawlu se jkollu jitlaq żgur. Għadda żmien u baqa’ hekk jiġġieled il-każ tiegħu. Issa ġie liberat biss il-proċeduri qed ikomplu għax sar mandat minn dan il-ħaddiem li weġġa fejn qed jitlob danni ta’ €500,000.

    Rigward dan l-inċident il-Qorti ta’ Għawdex kien ħadet deċiżjoni u ddeċidiet li  “mhux qed issib lill-Paul Buttigieg (Sindku) u Marcia Borg (Segretarju tal-Kunsill) ħatja tal-imputazzjonijiet miġjuba kontrihom kemm fil-kapacità uffiċjali tagħhom kif ukoll personalment u minnhom tilliberahom.”

    Dan l-inċident kien dwar qtugħ ta’ ħaxix fi Triq il-Kunċizzjoni fejn  Joseph Buttigieg kien sofra xi ġrieħi gravi meta ntlaqat bil-grass cutter li kien qed jopera is-Sindku Paul Buttigieg. Jidher li kien hemm żona li kien hemm xi qasab li  kienu ħerġin għat-triq u peress li kienu qed jaħbtu mal-karozzi u hu u Paul Buttigieg marru flimkien f’dik l-area biex jaqtgħuh. Ħin minnhom Paul Buttiġieġ li kien qed iħaddem il-grass cutter u laqat lill-ħaddiem l-ieħor li kien miegħu.

    Ir-residenti li tkellmu magħna qalulna li “mhix ġusta li s-sindku jitħalla waħdu f’dan il-mument.  Nittamaw li l-awtoritajiet li suppost joffru appoġġ lil min ħadem għal lokal tagħna jaraw li l-appoġġ jasal.  Ħafna mir-residenti ninsabu solidali mas-sindku u anke lesti li ngħinu finanzjarjarment jekk ikun hemm il-ħtieġa.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0