“Dak kollu li jagħmilna Maltin huwa mhedded”

  • Set 09, 2018 14:20
  • Miktub minn iNews

    Adrian Delia jisħaq kif l-immigrazzjoni “qegħda tagħmel ħerba mill-identità Maltija, u minn dak li jagħmilna Maltin” 

    “Irridu soċjetà li jimpurtaha min dak li jagħmilna Maltin; li jimpurtaha mill-identità Maltija, mill-fqar f’pajjiżna, mill-pensjonanti, u minn dak li għandhom xogħol jew tnejn u xorta ma jistgħux jikru saqaf fuq rashom. Dak kollu li qegħdin jagħmilna Maltin u Għawdxin, taħt dan il-Gvern Laburista, qiegħed jiġi mhedded.” Tenna dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, waqt attività politika li kien qiegħed jagħmel matul il-ġurnata tal-lum.

    “Din hija t-traġedja li bħalissa għandna f’pajjiżna. L-ekonomija li għandna bħalissa f’pajjiżna hija waħda mibnija fuq ix-xogħol bl-irħis. Il-Gvern irid ikabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni u bit-totali, u mhix bil-produttività. Meta persuna mhix kapaċi joħloq industriji u setturi ġodda, jibqa’ biss mod wieħed biex tkabbar l-ekonomija: Iżżidu n-nies. Però dak it-total li qiegħed jikber, u ma jfissirx li l-ħajja tkun qegħda titjieb.”

    Delia saħaq ukoll li l-investiment li qiegħed jagħmel mill-Gvern “huwa investiment li meta jitlesta, ikun diġà sfaxxa, għax ma jilqax iż-żieda ta’ elf karozza fix-xahar.” Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritika l-Gvern fis-settur tal-edukazzjoni: “In-nuqqas ta’ investiment fl-edukazzjoni, sena wara sena oħra, għada pitgħada ħa jkun hemm effetti diżastrużi.”

    “Ejjew niddeċiedu flimkien li nagħmlu affarijiet differenti, li nkunu kapaċi noħolqu alternattiva għal futur aħjar għalina, u għat-tfal tagħna. Irridu soċjetà li jimpurtaha minn dak li huwa d-demokrazija, mill-identità Maltija, mill-fqar f’pajjiżna, u mill-pensjonanti.“

    Il-Gvern irid “jgħammex u jgħammad” lill-poplu

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni saħaq ukoll kif il-politika ekonomika tal-Gvern hija waħda “sfrenata li mhix sejra twassal għal tkabbir vera. Il-Gvern irid il-ħafna f’daqqa: dan qiegħed iwassal għal immigrazzjoni bla rażan, bla sens, bla ħsieb. Minn fejn ġew imma? Ma nafux, u ma nafux liema kontrolli qiegħed jintużaw.”

    “Nafu biss x’qiegħed jiġri fis-soċjetà tagħna. Qegħdin nitkellmu fuq il-pjan fuq l-immigrazzjoni bla rażan li dan il-Gvern m’għandux. F’kull pajjiż normali, meta jkun hemm influss tant kbir li fi żmien qasir, dan joħloq il-problemi serji jekk ma jkunux maħsubin.”

    “It-tweġiba tal-Gvern għall-irvellijiet u l-istejjer li kien hemm f’Ħal Tarxien, f’Buġibba, bin-nies umani jgħixu ġor-razzetti tal-annimali.. xejn. Fl-aqwa żmien, in-nies qegħdin jinħatfu mill-libertà tagħna.”

    Delia rrimarka kif mingħajr dan il-pjan, “dan il-Gvern sejjer ineħħi l-valuri, t-twemmin, il-prinċipji u l-libertà tagħna, imbagħad ma jibqa’ xejn. Jibqa’ l-baħħ; jibqa’ dak li dejjem jibqa’ meta jkun hemm Gvern li ma jippjanax minn qabel, li hija ħerba tal-identità Maltija, u ħerba ta’ dak kollu li jagħmilna Maltin.”

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0