Jinbeda r-Restawr fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir... “att kodard u tradiment tal-valuri demokratiċi Ewropej”

  • Set 09, 2018 11:33
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar sigħat, il-Ministru Owen Bonniċi ħabbar kif id-Direttorat tar-Restawr u Heritage Malta kienu sejrin jibdew xogħol ta’ restawr fuq il-partijiet tan-naħa t’isfel tal-monument “b’effett immedjat.”

    Bonniċi ħabbar ukoll li l-istess Heritage Malta kien għamel manutenzjoni ġenerali fuq il-figuri tal-monument tal-Assedju l-Kbir, filwaqt li ppubblika sett ta’ ritratti jindikaw il-ħsara viżibbli li kien hemm fuq il-monument, b’riżultat tax-xema’ li kien hemm fuq il-monument għal diversi xhur.

    Din id-deċiżjoni kienet ikkritikata mill-għaqda Il-Kenniesa, li ddeskrivew din id-deċiżjoni “bħala att kodard, u tradiment tal-valuri demokratiċi Ewropej tagħna.”

    “Għal din ir-raġuni, aħna nedejna sebgħa tifkiriet ġodda għal Daphne. Kull wieħed minn dawn il-monumenti nazzjonali jonoraw prinċipji u valuri demokratiċi li l-Gvern huwa iddeterminat li jinjora.”

    Intant, il-grupp Reżistenza Malta kkundannaw it-tneħħija tat-tifkira li kien hemm fuq il-monument, u ddeskrivewh bħala “att kodard: Il-ħajt li ttella’ madwar il-post mhux sejjer jaqtalna qalbna. Għall-kuntrarju, dan il-ħajt huwa prova li l-awtoritajiet Maltin qegħdin jiġġieldu lil Daphne Caruana Galizia anke wara mewtha.”

    “Iddemonizzawha matul ħajjitha, u issa jridu jneħħiha mill-memorja kollettiva ta’ din in-nazzjon. Aħna ddeterminati li ma nħallux li dan jiġri.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0