“Ir-responsabbilità hija tal-omm u l-missier... tat-tnejn li huma”

  • Set 09, 2018 10:54
  • Miktub minn iNews

    Waqt kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat irrefera għall-każ tat-tarbija abbandunata f’Buġibba u nsista li ma jistax jifhem jew jaqbel ma’ soċjetà li tikkundanna lill-omm daqslilkieku hija biss ħolqitu t-tarbija. Huwa saħaq li r-responsabbilità hija tal-omm u tal-missier, tat-tnejn li huma. 

    Fl-intervent tiegħu, il-Prim Ministru qal li punt pożittiv li jara u li jiġġudika lill-pajjiżna fuqu kien il-mijiet jekk mhux eluf ta’ offerti volontarji minn familji u ġenituri li l-ewwel reazzjoni tagħhom kienet li jekk ikun hemm bżonn, jadottawh huma lil dan it-tifel.

    “Dak huwa fil-fehma tiegħi s-sens ta’ li jagħmilna l-pajjiż illi aħna u nippreferi dejjem niġġudika lill-pajjiżi b’dan il-mod pożittiv. Jiena ngħid ma kienx hawn familja f’Malta li m’għadditilhiex minn moħħha jew ma qalitx jew li kieku tiġi għas-si u no ma toffrix, nies li għandhom it-tfal u m’għandhomx tfal li jgħidulek kemm nixtieq nadotta lil dan it-tifel. Dak huwa sens li verament jagħmilni kburi li jiena Malti.” 

    Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista saħaq li kien jinsab iddispjaċut għall-mod ta’ kif wieħed mill-ewwel jaqbeż biex jiġġudika lil nies oħra. Huwa qal li l-ġenituri tat-tarbija ma jafhomx u l-awtoritajiet bħalissa qed ikomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom biex ikunu magħrufa min huma l-ġenituri.

    Huwa kompla billi enfasizza li: “ma nixtieqx li nkun f’soċjetà li ma’ kull okkażjoni tintefa’ r-responsabbilità fuq il-mara. Irridu ngħallmu lill-uliedna subien li r-responsabbilitajiet tagħhom ma jispiċċawx fi ftit minuti tal-att imma jibqgħu hemmhekk għall-ħajja kollha.”

    “L-attitudni li titfa’ kollox fuq l-omm, għalija hija ta’ dwejjaq kbar għax turi sfortunatament il-mentalità maskilista li għadha tirrenja f’pajjiża fuq dan kollu. Kinitx l-omm, kienx il-missier, kinux it-tnejn, kinux waħedhom li għamlu dan kollu, f’din il-mument irridu li tirrenja l-empatija. Illi nipprovaw nifhmu din il-persuna jew dawn it-tnejn min-nies minn xhiex għaddew biex ħadu deċiżjoni bħal dik u minn xhiex għaddejjin bħalissa.”

    Dr Muscat temm jgħid li aktar milli ninkriminalizzaw lil dawn iż-żewġ persuni, irridu naraw kif is-soċjetà tagħna tgħinhom. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook