ARA: Il-preżenza tal-GWU importanti fil-ħidma tal-KSI u ARMS Ltd

  • Set 09, 2018 08:25
  • Miktub minn iNews

    B’kollaborazzjoni bejn il-General Workers’ Union u l-management tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma saret ħidma kbira li permezz tagħha inħoloq ambjent li jimmotiva lil ħaddiema u fl-istess waqt kompla jitjieb is-servizz li l-Korporazzjoni tagħti lill-klijenti tagħha. Din hija storja ta’ suċċess li turi li l-preżenza tal-Union fuq l-post tax-xogħol hija ta’ benefiċċju kemm għall-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem. 

    Dan kien il-ħsieb tas-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja, waqt żjara li l-uffiċjali tal-Union għamlu fl-uffiċini ċentrali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u ARMS Ltd li jinsabu f’Ħal Luqa. Din iż-żjara kienet parti minn sensiela ta’ żjarat li l-GWU qed twettaq f’diversi postijiet tax-xogħol bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 anniversarju mill-ħolqien tal-GWU u permezz tagħha kienet apprezzata aktar il-ħidma mwettqa mill-imsieħba tal-Union. 

    Waqt din iż-żjara huwa kien akkumpanjat mill-President tal-GWU Victor Carachi, mid-Deputat Segretarju Ġenerali Kevin Camilleri, mis-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Jeremy Camilleri, mill-Assistent Segretarju George Zahra, mid-delegat Joseph Cutajar u minn membri tal-kumitati tal-ħaddiema. 

    Is-Segretarju Ġenerali stqarr li l-ħidma bejn iż-żewġ naħat kienet strumentali biex il-ħaddiema komplew ikabru l-ħiliet tagħhom, b’mod li tjiebu l-kapaċitajiet tal-korporazzjoni li tlaħħaq mat-talbiet tal-klijenti tagħha. Huwa qal li fl-istess waqt il-Union dejjem kienet għas-servizz tal-imsieħba tagħha fejn b’ħidma kontinwa kompliet taħdem biex il-ħaddiema ta’ ARMS Ltd jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. 

    Matul din iż-żjara l-uffiċjali tal-GWU kienu akkumpanjati wkoll mill-Ministru Għall-Enerġija u Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi, u mill-Kap Eżekuttiv tal-KSI Richard Bilocca u mill-Kap Eżekuttiv ta’ ARMS Ltd John Attard. 

    F’kummenti li ta l-Ministru Joe Mizzi qal li filwaqt li jinsab sodisfatt bir-relazzjoni tajba li teżisti bejn il-GWU l-ARMS u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, tenna li huwa “Importanti li l-ħaddiema jżommu kuntatt u jsemmgħu leħinhom. L-għan ewlieni hu li nkomplu naħdmu flimkien biex intejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u nagħtu aktar motivazzjoni lill-ħaddiema tagħna fuq il-post tax-xogħol.”

    Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-KSI Richard Bilocca għamel referenza għar-relazzjoni professjonali u r-rispett li jeżisti bejn il-management tal-KSI u l-Union, li t-tnejn jaħdmu għal għan wieħed, dak li l-impjegati fi ħdan il-korporazzjoni jgħixu u jaħdmu f’ambjent denju li jirrifletti f’ħidma sfieqa għall-korporazzjoni. 

    Waqt din iż-żjara il-Kap Eżekuttiv tal-KSI Richard Bilocca ppreżenta d-disinji tal-uniformijiet il-ġodda tal-KSI li għalihom preżentement ġie ppubblikat tender.  Dawn l-uniformjijiet il-ġodda huma parti mill-proċess ta’ rebranding tal-korporazzjoni li issa ilha topera għal dawn l-aħħar 26 sena.

    Il-Kap Eżekuttiv ta’ ARMS Ltd John Attard stqarr li teżisti rabta soda bejn il-GWU u l-kumpanija, li wasslet biex matul is-snin iż-żewġ naħat ħadmu bis-sħiħ fl-interess tal-ħaddiema. Saħaq li kien importanti ħafna li bħala kumpanija sabu union soda li setgħet tinnegozja f’isem il-ħaddiema.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook