Trasport b’xejn lill-istudenti tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti … il-ġenituri se jiffrankaw medja ta’ €700 fis-sena kull wild

  • Set 08, 2018 18:12
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar il-ftehim ġdid ta’ ħames snin li se jinkludi trasport b’xejn għall-istudenti kollha li jattendu skejjel obbligatorji tal-Istat, tal-Knisja, u dawk indipendenti u li se jidħol fis-seħħ fil-bidu tas-sena skolastika l-ġdida 2018-2019, li jkopri kemm skejjel f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

    Fi stħarriġ mill-kumpanija Grant Thornton, ikkummissjonata mill-gvern, ħareġ li matul is-sena skolastika li għaddiet kien hemm 23,730 student li għamlu użu minn trasport għall-iskola, li 12,500 student jattendu skejjel tal-istat, u li 11, 230 studenti jattendu skejjel non-statali. B’dan il-ftehim ġdid mistenni li l-ammont globali ta’ studenti jkun dak ta’ madwar 38,000 student, jiġifieri żieda ta’ 10,000 student ġdid non-statali flimkien ma 4000 student aktar tal-Istat. Fl-istess ħin, minn riċerka mwettqa fl-istadji inizjali ta’ dan il-proġett ħareg li 82.8% tal-istudenti li matul is-sena skolastika li għaddiet kienu qed jitwasslu sal-iskejjel b’vettura privata wrew x-xewqa tagħhom li jirrikorru għas-servizz b’xejn. Għaldaqstant, din l-inizjattiva għandha tgħin biex tnaqqas il-vetturi mit-toroq.

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo bi pjaċir tenna li għall-ewwel darba, l-gvern se jkun qed iħallas għat-trasport tal-istudenti tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti, li tfisser wegħda elettorali oħra mwettqa u li minnufih, jiġifieri minn Ottubru li għadda, il-gvern impenja ruħu biex idaħħal fis-seħħ dan is-servizz fl-iqsar żmien possibli li ma kien faċli xejn.

    Il-Ministru Bartolo saħaq li l-proċess bejn il-gvern u l-operaturi tat-trasport kellu l-isfidi tiegħu fejn l-għanijiet prinċipali kienu: li jiġi żgurat servizz tajjeb fejn it-tfal jitwasslu lejn l-iskola u lura d-dar, li l-operaturi li joffru s-servizz ikunu mħallsa kif xieraq, kif ukoll li ċ-ċittadini li jħallsu t-taxxi jkunu żgurati li l-miljuni ta’ ewro li se jmorru għal dan is-servizz qed jintefqu b’mod ġust.

    Rigward pagamenti, ir-relazzjoni hija bejn il-gvern u l-operaturi, fejn il-gvern stess se jkun qed iħallas direttament lill-operaturi li se joffru t-trasport lill-istudenti. Għaldaqstant, il-ġenituri m’għandhomx għalfejn jinkwetaw biex joħorġu l-flus u jistennew xi miżata, li ninsabu konxji li għal ħafna tista’ tkun ta’ piż u sfida għall-familja. Il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti, u li se jaħdmu ma’ dawn l-operaturi, mhu se jħallsu xejn b’dan il-kuntratt il-ġdid. B’hekk, il-ġenituri se jkun qed jiffrankaw medja ta’ madwar €700 għal kull wild.

    Apparti li din il-miżura hija waħda soċjali, sservi wkoll bħala waħda ambjentali. Il-Ministru Bartolo tenna lill-ġenituri biex ma jużawx il-vetturi tagħhom biex iwasslu lil uliedhom għall-iskola imma jirrikorru għal dan is-servizz offrut lilhom b’xejn. Il-ministru żied jgħid li t-tama hi li waħda mill-benefiċċji ta’ din il-miżura tkun li tgħin biex intaffu l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq ta’ pajjiżna f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata.

    Fl-aħħar, il-Ministru Bartolo sostna li dan huwa proġett kbir ħafna u li jemmen li hemm sfidi kbar, u għaldaqstant appella għal kooperazzjoni sħiħa, kemm tal-operaturi tat-trasport kif ukoll tal-ġenituri.

    Is-Segretarju Permanenti Francis Fabri sostna li matul in-negozjati għal dan is-servizz ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti resqu numru sostanzjali ta’ operaturi tat-trasport interessati biex joffru dan is-servizz. Huwa qal li kull operatur kellu l-opportunità li jidħol f’dawn in-negozjati fejn fosthom kien hemm operaturi li kienu diġà jagħtu s-servizz tagħhom fl-iskejjel tal-Istat u kien hemm ukoll dawk ġodda li ma kinux involuti direttament fil-ftehim preċedenti. Żied jgħid li kien hemm madwar 80 laqgħa ta’ sigħat twal ta’ negozjati biex il-kuntratt ġie konkluż u l-operaturi interessati huma parti minn dan il-ftehim ta’ ħames snin. Ninsabu infurmati li ħafna minn dawn l-operaturi se jkunu qed ikabbru l-flotot tagħhom minħabba ż-żieda fid-domanda.

    F’dan l-isfond, is-Segretarju Permanenti spjega li matul dawn in-negozjati ġew iffirmati żewġ kuntratti—kuntratt ieħor tal-Istat, u għall-ewwel darba bla preċedent, ġie ffirmat kuntratt ġdid għall-istudenti tal-iskejjel tal-Knisja u indipendenti, u l-operat se jitħaddem bħas-sena li għaddiet. 

    Francis Fabri, ħabbar li se tkun qed tiġi introdotta sistema ġida ta’ moniteraġġ fejn kull ġenitur ikun jista’ jniżżel b’xejn app minn fuq il-mobile tiegħu biex ikunu ċerti li uliedhom rikbu u niżlu minn fuq it-trasport tal-iskola. Din is-sistema se tkun qed toffri faċilitajiet oħra imma se tkun qed tiġi introdotta b’mod gradwali.

    Is-Segretarju Permanento kompla billi qal li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jkun qiegħed jiddedika sit elettroniku www.schooltransport.edu.mt għall-użu tat-trasport b’xejn għall-iskejjel, fejn se jkun hemm it-tagħrif kollu, bħall-lista ta’ operaturi tat-trasport li daħlu f’din l-iskema. Huwa appella lil dawk l-operaturi li sa issa għadhom ma wrewx ix-xewqa li jidħlu fl-iskema tat-trasport tal-iskejjel u qal li xorta għad għandhom l-opportunità li jersqu ‘l quddiem. Is-Segretarju Permanenti kkonkluda billi qal li l-iskema għall-operaturi tat-trasport se tkun miftuħa u operaturi oħra jafu jiżdiedu.

    It-tabella annessa hija tal-operaturi uffiċjali (sa issa) fin-NON-STATE.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook