Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli tindirizza konferenza dwar l-aċċessibbiltà tal-migranti għall-edukazzjoni u x-xogħol

  • Set 08, 2018 20:47
  • Miktub minn iNews

    “It-taħriġ fl-ilsien u l-kultura Maltija huwa kruċjali fil-proċess tal-integrazzjoni tal-migranti f’pajjiżna”, qalet il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli f’indirizz waqt konferenza dwar l-aċċessibbiltà tal-migranti għall-edukazzjoni u x-xogħol. Il-konferenza, bit-tema ‘It-Tagħlim bħala Mezz t’Emanċipazzjoni’, immarkat it-tmiem ta’ proġett li l-Fondazzjoni għall-Kenn u Appoġġ għall-Migranti wettqet biex issaħħaħ l-integrazzjoni ta’ ċittadini terzi permezz tal-lingwa u l-kultura.

    Il-Minsitru Dalli faħħret l-impenn tal-fondazzjoni li dejjem kienet lesta biex tikkontribwixxi fit-tfassil tal-politika għall-migrazzjoni, ħidma li laħqet il-qofol tagħha f’Diċembru li għadda bit-tnedija tal-Istrateġija u l-Pjan t’Azzjoni Nazzjonali għall-Integrazzjoni tal-Migranti. Din l-istrateġija qed titmexxa mid-Direttorat għad-Drittijiet Umani u l-Integrazzjoni, liema direttorat jikkollabora mill-qrib ħafna mal-Fondazzjoni għall-Kenn u Appoġġ għall-Migranti.

    Din tal-aħħar ilha s-snin taħdem f’dan is-settur u l-Ministru nnotat b’sodisfazzjon kif l-esperjenza ta’ din il-fondazzjoni wasslet biex numru kbir ta’ migranti bbenefikaw mis-sessjonijiet edukattivi li ġew organizzati bis-sehem ta’ persuni mill-aktar kompetenti.

    Helena Dalli żiedet li l-gvern se jkompli jibni fuq is-suċċess ta’ dan il-proġett u dan grazzi għall-ftehim iffirmat ftit tal-jiem ilu mal-Università ta’ Malta u l-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza, u t-Teknoloġija. Permezz ta’ dan il-ftehim, il-Gvern se joffri taħriġ fl-ilsien Malti u dak Ingliż, flimkien ma’ sessjonijiet t’orjentazzjoni kulturali, kemm f’livell introduttorju u kif ukoll f’dak avvanzat. Dan it-taħriġ se jkun mifrux madwar Malta u Għawdex u se jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla, u se jkun segwit bir-reqqa sabiex il-gvern ikompli jibni u jtejjeb fuqhom.

    Dan barra l-impenn tal-Gvern li jimpjega uffiċjali għall-integrazzjoni li se jkomplu jsaħħu l-ħidma li għaddejja biex pajjiżna jilħaq l-aspirazzjonijiet tal-migranti li qed jgħixu fostna, u li huma ħolqa importanti fl-iżvilupp ekonomiku ta’ Malta, temmet tgħid il-Ministru. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook