L-emendi fuq l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji se jwasslu għal aktar trasparenza, kontabbiltà u saħħa fis-settur tal-volontarjat

  • Set 08, 2018 20:15
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt it-tnedija tal-programm ta’ attivitajiet li jfakkar l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li s-settur tal-volontarjat hu importanti u rridu nkomplu nsaħħuh, għaldaqstant qed nagħtu aktar għoddu lis-settur biex jimraħ u jikber. 

    Dan is-settur hu kruċjali għas-soċjetà Maltija, spjega Clifton Grima, u bl-emendi ewlenin marbutin mal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, li jinsab għat-tieni qari fil-Parlament, se jwasslu għal aktar trasparenza, kontabbiltà u saħħa fis-settur. Se jiġu introdotti emendi marbutin mal-MoneyVal biex l-għaqdiet volontarji jkunu protetti milli jiġu sfruttati għal skopijiet ta’ ħasil ta’ flus jew terroriżmu filwaqt li kompliet tingħata importanza liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena li se jkunu jistgħu – għall-ewwel darba – jistabbilixxu għaqda volontarja.

    Iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat Dr Noel Camilleri semma li l-Kunsill qed jiċċelebra għaxar snin ta’ bosta inizjattivi b’riżq is-settur u b’objettivi ċari li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-settur u tal-voluntiera. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet qed jintużaw biex il-Kunsill iħares ’il quddiem ħalli jilħaq l-għanijiet fl-interess tas-settur u tas-soċjetà.

    Iċ-Chairperson għas-Sotto Kumitat tal-Avvenimenti u l-Attivitajiet Robert Farrugia ħabbar sensiela ta’ attivitajiet li se jfakkru dan l-avveniment importanti. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżurhttp://maltacvs.org/10th-anniversary-celebrations/ jew il-paġna ta’ Facebook ‘Malta Council for the Voluntary Sector’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0