Jitlesta l-proġett ta’ €0.5 miljun fl-arterja prinċipali u r-‘roundabouts’ ta’ Ħaż-Żebbuġ

  • Set 08, 2018 16:44
  • Miktub minn iNews

    Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jħabbar li Infrastructure Malta temmet it-titjib taż-żewġ roundabouts prinċipali f’Ħaż-Żebbuġ kif ukoll tat-triq arterjali ta’ bejniethom, Triq l-Imdina.

    Dan l-investiment ta’ €0.5 miljun jikkonsisti fid-disinn u l-bini mill-ġdid taż-żewġ roundabouts prinċipali ta’ din il-lokalità, jiġifieri dik ta’ ħdejn il-Bieb De Rohan u dik ta’ fejn l-iskola St Dorothy’s, kif ukoll twessigħ u disinn aħjar tat-triq ta’ bejniethom.

    Il-proġett tlesta fi ftit inqas minn xahrejn u rriżulta mhux biss f’aktar effiċjenza u sigurtà, iżda anke f’aktar faċilitajiet għal mezzi alternattivi tat-trasport. Fi promozzjoni ta’ rispett fit-triq u intermodalità, dan il-proġett daħħal ukoll diversi kunċetti ġodda f’Malta, kunċetti li huma favur iċ-ċikliżmu.

    Minbarra l-użu ta’ sharrows biex javżaw lis-sewwieqa u ċ-ċiklisti li waħda miż-żewġ korsiji ‘l isfel ta’ Triq l-Imdina u s-service road ta’ ma’ ġenbha fid-direzzjoni ‘l fuq issa huma dedikati bħala korsija maqsuma ghaż-żewġ utenti tat-toroq, dan li-proġett jinkludi wkoll żviluppi oħra favur iċ-ċikliżmu. Il-pelican pedestrian crossings matul din it-triq ġew iddisinjati mill-ġdid biex jinkludu advance stop signsgħaċ-ċiklisti. Dawn is-sinjali, li jinkludu parti miżbugħa ħadra dedikata għaċ-ċiklisti mal-ġnub tal-qsim jiżguraw li ċ-ċiklisti jkollhom l-ispazju neċessarju biex jieqfu u jistennew lin-nies jaqsmu t-triq b’mod sikur. Dawn jagħtuhom ukoll prijorità biex ikomplu jivjaġġaw quddiem il-karozzi li jkunu qed jivjaġġaw fl-istess direzzjoni malli t-traffic lights jaqilbu ħodor. Apparti dan, it-titjib li sar fuq ir-roundabout viċin tal-iskola St Dorothy’s se jintroduċi wkoll sistema xierqa ta’ korsiji għaċ-ċiklisti biex tiffaċilita l-użu tar-rota f’din il-ħolqa. Dawn id-disinji qed jiġu implimentati bħala proġett pilota għall-iżvilupp eventwali ta’ aktar faċilitajiet favur iċ-ċikliżmu f’ħoloq oħra b’roundabouts fin-network tat-toroq Maltin. 

    Dawn l-iżviluppi ġew diskussi ma’ rappreżentanti tal-komunità taċ-ċiklisti waqt diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni li ttellgħu qabel l-implimentazzjoni tal-proġett.

    Ir-roundabout ta’ Bieb De Rohan ingħatat disinn ġdid kif ukoll aktar approach lanes għal ħruġ aktar sikur u effiċjenti mit-toroq li jingħaqdu magħha, filwaqt li r-roundabout l-oħra tal-proġett iċċekknet b’disinn ġdid u ngħatat korsiji dedikati, magħrufa bħala bypass lanes, favur sigurtà miżjuda u inqas konġestjoni. Fl-istess waqt, dawn l-arranġamenti qegħdin iwasslu għal ħruġ aktar sikur u b’inqas stennija għar-residenti li jridu jidħlu jew joħorġu minn Vjal il-Ħelsien, fiċ-ċentru ta’ Ħaż-Żebbuġ. L-arterja prinċipali nnifisha li tgħaqqad iż-żewġ roundabouts—Triq l-Imdina—ġiet imwessgħa sabiex żdiedet korsija fid-direzzjoni ‘l isfel.

    F’kumment dwar dan l-iżvilupp, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li “llum qegħdin naraw it-tmiem ta’ proġett ieħor li qiegħed jimmitiga sitwazzjoni fejn kellna żewġ bottlenecks li kienu joħolqu pressjoni kemm fuq ir-raħal ta’ Ħaż-Żebbuġ kif ukoll fuq it-toroq li jingħaqdu miegħu. Il-poplu għamel wisq snin ibati fi traffiku mhux neċessarju minħabba nuqqas ta’ azzjoni minn amministrazzjonijiet preċedenti. Dak iż-żmien għadda, u nħares bil-ħerqa ‘l quddiem għal aktar ħidma sfiqa li tibbenefika lill-poplu Malti u Għawdxi u tagħti lil pajjiżna l-infrastruttura tat-toroq li tixraqlu”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0