Jingħata bidu għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport u jiġi fi tmiemu l-programm Summer on the Move

  • Set 08, 2018 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, flimkien ma’ SportMalta, fetħu s-separju għall-bidu tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li se tkun organizzata fil-kumpless sportiv tal-Qroqq. Din l-attività timmarka l-għeluq tal-programm tant popolari mal-Maltin Summer on the Move li esperjenza rekord ta’ ’l fuq minn 7,000 parteċipant. 

    L-ewwel avveniment għall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport ingħata l-bidu tiegħu fid-disgħa ta’ filgħodu fejn il-logħob tal-ilma kienu ċ-ċentru tal-attività. Fost ħafna attivitajiet oħra ġie organizzat tournamenttal-isquash għall-atleti tal-programm, tħejjew klassijiet għal adulti li jinkludu yoga, aqua fitness, qbiż tal-ħabel, u ma naqqasx l-ispettaklu organizzat mill-akkademja tal-għawm sinkronizzat.

    Is-Segretarju Parlamentari Grima ħabbar li minn din il-ġimgħa stess se jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ pixxina indoor ġdida b’faċilitajiet sportivi ta’ livell internazzjonali bid-daqs dak olimpiku fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Huwa saħaq li dan il-gvern iwettaq dak li jwiegħed u fil-qasam sportiv huwa impenjat bis-sħiħ biex pajjiżna jikseb riżultati tajbin.

    Filwaqt li enfasizza li l-isport u l-attività fiżika regolari huma parti kruċjali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna, Clifton Grima qal li l-Kummissjoni Ewropea tenfasizza li l-Ġimgħa Ewropea tal-Isport għandha sservi biex tipromwovi l-ġlieda favur l-attività fiżika. L-għan huwa li ċittadini Ewropej ikunu konxji tal-messaġġ #BeActive u jiġu spirati biex l-attività fiżika ssir parti integrali fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom.

    SportMalta huwa l-koordinatur nazzjonali tal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport f’Malta, fejn għar-raba’ sena konsekuttiva qed jitħejja programm vast u intensiv t’attivitajiet sportivi li se jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0