AĠĠORNAT: “Qed nibża’ li binti ġralha xi ħaġa għax ħarġet ilbieraħ wara nofsinhar u s’issa għadha ma rritornatx” … Tfajla rrappurtata nieqsa

  • Set 08, 2018 14:58
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    AĠĠORNATA: Intant il-Pulizija qalet li t-tfajla dehret l-aħħar fl-inħawi ta' Santa Luċija fejn kienet liebsa leggings suwed u flokk iswed bil-griż bil-kelma 'sochic' fuqu.

    Kull min għandu informazzjoni mitlub jgħaddiha lill-Pulizija, anke b'mod kunfidenzjali, fuq 21224001 jew 119.

    AKTAR QABEL: Nathea Xuereb, tfajla ta’ 14-il sena minn Santa Luċija, hi rrappurtata nieqsa mill-familja tagħha wara li lbieraħ wara nofsinhar għall-ħabta tat-2.45 p.m. ħarġet mid-dar u baqgħet ma rritornatx id-dar.

    Inewsmalta għamel kuntatt mal-familja ta’ Nathea li qalulna li binthom hi “tfajla b’qalb żgħira u maħbuba minn ħafna għall-karattru amikevoli li għandha”. L-omm infurmatna li lbieraħ bintha l-ewwel kellha tiltaqa’ ma’ xi ħbieb tagħha u filgħaxija kellha tiltaqa’ ma’ tfajla tal-età tagħha fl-inħawi tal-pjazza ta’ Ħal Tarxien f’post magħruf bħala t-“triangle” minħabba l-forma trijangulari tagħha.

    Kif omm Xuereb rat li bintha ma rritornatx id-dar sa tard ħafna bil-lejl, hi marret għand il-Pulizija li min-naħa tagħhom bdew bl-investigazzjonijiet. L-omm, filwaqt li qaltilna li qiegħda tħalli l-investigazzjoni f’idejn il-pulizija, għarrfitna li bintha m’għandhiex mobile. 

    Is-Sinjura Xuereb qaltilna li proprju f’dawn il-ġranet Nathea bdiet tkellimha dwar ġuvni li kien irrappurtat nieqes u kemm hi inkwetata għalih. Nathea min-naħa tagħha ġieli f’mumenti ta’ rabja kienet tgħid li xi darba titlaq mid-dar u ma tirritornax iżda l-ġenituri tagħha saħqu li hi mhix tfajla ta’ hekk u qegħdin jibżgħu li ġralha xi ħaġa.

    L-omm qaltilna li fl-isptar ma saru ebda rapporti li daħlet persuna bid-deskrizzjoni ta’ bintha u li hi ppruvat tfittixha f’Raħal Ġdid iżda ma sabithiex. 

    Fl-appell tagħhom il-ġenituri qalu lil dan is-sit li s’issa, “m’għandna l-ebda aħbar tagħha u ħadd ma jaf fejn hi. Nappellaw għall-għajnuna ta’ kull min seta’ ra lil Nathea jew jaf xi ħaġa jinforma lill-Pulizija.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0