Diversi nies jikkontribwixxu u jgħinu lit-tarbija Cristiano … Aktarx li tinħareġ ordni ta’ ħarsien għat-tarbija

  • Set 08, 2018 13:31
  • Miktub minn iNews
"

    AĠĠORNAT: Intant il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jista’ jikkonferma li Aġenzija Appoġġ - permezz tal-professjonisti li jaħdmu fi ħdanha - ħammret li se tieħu r-responsabbiltà tat-tarbija. Il-maġistrat inkwerenti informa lill-kap eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali li minn issa ’l quddiem Aġenżija Appoġġ tista’ tibda tmexxi bil-proċeduri biex it-tarbija titpoġġa taħt care order.

     

    Is-social workers fi ħdan Aġenzija Appoġġ qed jaħdmu b’kordinament mal-awtoritajiet konċernati u hekk kif kienu infurmati bil-każ marru l-Isptar Mater Dei u sar l-assessjar tas-sitwazzjoni tat-tarbija. Ħadu ħsieb ukoll li jaraw li t-tarbija jkollha n-neċessitajiet kollha f’mument tant delikat.

     

    Aġenzija Appoġġ tinsab preparata biex tkompli tintervjeni skont in-neċessità tal-każ b’kollaborazzjoni u b’kawtela mal-maġistrat inkwerenti li qed imexxi l-inkjesta u mal-pulizija li qed jissoktaw bit-tfittxija għal omm it-tarbija.

     

    Il-Ministeru żied jgħid li s-sigurtà u s-saħħa tat-tarbija huma fatturi li jiddeterminaw x’interventi hemm bżonn biex jiġi aċċertat li l-bżonnijiet tat-tarbija huma mħarsa.

     

    Intant, it-tarbija qed tinżamm l-Isptar Mater Dei għal aktar osservazzjoni filwaqt li l-Maġistrat inkwerenti ħatar lill-manager taċ-Child Protection Services Steve Libreri biex jgħinu fl-inkjesta.

    AKTAR QABEL: Hekk kif it-tarbija li kienet abbandunata nhar il-Ġimgħa f’Buġibba qed tkun assistita minn żewġ social workers mis-Servizzi għall-Ħarsien tat-Tfal Inewsmalta hi infurmata li kollox jindika li l-awtoritajiet se jkunu qegħdin jitolbu biex tinħareġ ordni ta’ ħarsien għal din it-tarbija, li ssemmiet Cristiano mill-Maġistrat Joe Mifsud.

    Intant s-Surġent Glen Carabott f'kumment fuq il-midja soċjali rringrazzja lil kull min ikkontribwixxa u ta l-għajnuna lit-tarbija Cristiano.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0