“Nistennew Parlament Ewroxettiku” … Josef Janning dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew

  • Set 08, 2018 12:07
  • Miktub minn iNews

    Ninsabu tmien xhur bogħod mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, bil-movimenti populisti u estremisti jgħollurashom.  Josef Janning, mill-Kunsill Ewropew għar-Relazzjonijiet Barranin (ECFR), meta kkummenta ma’ Inewsmalta dwar dawn l-elezzjonijiet u l-movimenti tal-lemin estrem, sostna li “qed nistenna li wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew  ikollna l-aktar Parlament Ewropew b’deputati ewroxettiċi. Jista’ jkun li anke jkollna sitwazzjoni fejn tintemm id-dominanza tradizzjonali tal-koalizzjoni informali bejn il-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej (EPP) u l-Grupp tas-Soċjalisti.” 

    Janning, qalilna li “dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fuq livell Ewropew, għandhom jaraw kif se jtejbu l-mod ta’ kif qed jispjegaw il-ħidma tal-Unjoni Ewropea u għaliex huma jaqsmu l-poteri mal-istituzzjonijiet Ewropej.  Dan qed jiġri mhux għax hemm xi ideloġija ħażina imma għax hi neċessita. L-Unjoni Ewropea hi mekkaniżmu li jikkumpensa għal nuqqasijiet  serji fl-istati membri u tipprovdi livell għoli ta’ prosperità u sigurtà liċ-ċittadini”.

    Janning jgħid li “l-Unjoni Ewropea għandha alternattiva għal popoliżmu u dan b’mod partikolari permezz ta’ wieħed mill-prinċipji tagħha.  Il-popoliżmu fl-Ewropa idur ma żewġ temi, l-inugwalanza  soċjali, u sovranità nazzjonali.  Dawn jakkużaw lill-Unjoni Ewropea li minħabba l-politika tagħha qed tiżdied l-inugwaljanza waqt li qed titherra is-sovranità nazzjonali.  Dwar is-sovranità, il-politiċi Ewropew  għandhom bżonn jaraw li tissaħħaħ is-sovranità nazzjonali permezz tas-sovranità Ewropea.  Il-popolisti jinsistu fuq sovranità formali, fejn huma jitkellmu fuq sovranità nazzjonali.  Imma huma jinsew l-għan għaliex hemm stati sovrani, jiġifieri l-abbiltà li joffru s-sigurtà u l-prosperità taċ-ċittadini.  

    “L-Ewropa għandha bżonn il-kunċett ta’ sovranità Ewropea, jiġifieri  li ssostni u tiddefendi l-interessi, l-integrità u l-libertajiet. Din hi l-idea ta’ sovrantià konġunta fejn ikun hemm qsim tad-drittijiet sovrani  u l-privileġġi. In-Nazzjonaliżmu, tiġġieldu  billi tipproteġi in-nazzjon mill-effetti tan-nuqqasijiet jew fejn l-istat ma jkunx iffunzjona. L-Unjoni Ewropea twieldet biex twettaq dan”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0