L-Isqfijiet jappellaw lill-politiċi biex il-kwistjoni tal-housing ma tispiċċax ballun politiku partiġġjan

  • Set 08, 2018 09:19
  • Miktub minn iNews

    F’Ittra Pastorali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina l-Isqfijiet saħqu li s-sitwazzjoni tal-housing titlob risposta ta’ għaqda u solidarjetà minn kulħadd.

    Fl-Ittra Pastorali, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Glea-Curmi indirizzaw is-sitwazzjoni tal-housing f’pajjiżna, b’mod speċjali dwar id-diffikultajiet li qed isibu l-familji, iż-żgħażagħ u l-barranin biex isibu dar li jikru jew jixtru.

    Fl-Ittra Pastorali l-Isqfijiet jagħmlu ħames appelli:

    Lis-soċjetà Maltija sabiex ma ssirx indifferenti quddiem sitwazzjonijiet ta’ emerġenza soċjali li qed joħolqu faqar ġdid.

    Lill?politiċi sabiex il-kwistjoni tal-housing ma tispiċċax ballun politiku partiġġjan iżda tkun okkażjoni biex juru li jridu jaħdmu flimkien għall-ġid komuni. 

    Lis?sidien tal?proprjetà u lill?iżviluppaturi biex jimxu dejjem skont il-kuxjenza soċjali u skont il-prinċipji tas-solidarjetà u r-responsabbiltà. 

    Lill-inkwilini li għandhom id-dover iħallsu l-kera fil-ħin, jieħdu ħsieb id-dar li qed jgħixu fiha u ma jagħmlu ebda vendikazzjoni fil-proprjetà. L-isqfijiet ifakkru wkoll li l?ġustizzja soċjali titlob li wieħed jirrikorri għall?housing soċjali meta verament ikollu bżonn, mingħajr ma jsir abbuż mis-sistema ta’ għajnuna soċjali. 

    Lill-komunitajiet ekkleżjali sabiex ikomplu jaħdmu id f’id mas?soċjetà ċivili biex jinstabu tweġibiet għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, u sabiex il-Knisja, li permezz ta’ diversi entitajiet tagħha toffri dar lil mijiet ta’ persuni, tkompli tkun ta’ eżempju u tgħin lil min jinsab f’diffikultà.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0