Waterpolo: Sliema jtemmu fit-tieni post

  • Set 08, 2018 00:22
  • Miktub minn iNews

    Premier - 3/4 Post - II Leg

    Ritratt: Christine Borg

    Sirens............................. 8

    Sliema........................... 13

    (1-4, 2-3, 3-5, 2-1)

    Sliema temmew il-Kampjonat fit-tielet post meta wara li rebħu l-ewwel leg tal-play offs bl-iskor ta’ 12-7, huma rebħu wkoll it-tieni leg din id-darba bl-iskor ta’ 13-8.

    Sliema rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 4-1 bil-goals għalihom jaslu minn Gambin, Spiteri Staines, Gabaretta u Presciutti. Min-naħa l-oħra Aquilina skorja għal Sirens.

    Is-Slimiżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 3-2 b’Michael Cordina, Jerome Gabaretta u Zach Mizzi jsibu x-xibka għalihom waqt li Bicari u Riolo skorjaw għal Sirens.

    Sliema komplew jiddominaw u rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-3 bi Christian Presciutti (2), Gabaretta (2) u Mizzi jiskorjaw għalihom waqt li John Brownrigg (2) u Isaiah Riolo wieġbu għal Sirens.

    Sirens rebħu r-raba’ sessjoni bl-iskor ta’ 2-1 b’Marc Grech u Luke Caruana jiskorjaw għal Sirens, waqt li ż-żagħżugħ Jacob Saliba skorja l-uniku goal Slimiż.

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Paul Privitera, 3-Edward Aquilina (1), 4-Nicolas Bicari (1), 5-Marc Grech (1), 6-Isaiah Riolo (2), 7-Clint Mercieca, 8-Jacob Sciberras, 9-John Napier, 10-Luke Grech Carr, 11-Luke Caruana (1), 12-John Brownrigg (2), 13-Andrew Bugeja Coach: Sasko Popovski

    Sliema: 1-Joseph Sammut,  2-Jerome Gabaretta (4), 3-Christian Presciutti (3), 4-Jacob Saliba (1), 5-Mark Meli, 6-Kai Dowling, 7-Michael Spiteri Staines (1), 8-David Fenech, 9-Michael Cordina (1), 10-Jamie Gambin (1), 11-Zach Mizzi (2), 12-Nicholas Bugelli, 13-Zachary Sciberras Coach: Sergio Afric

    Referees: Ronnie Spiteri, Gianluca Centineo

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0