Kampjonat Ewropew Under 21: Telfa kbira għal Malta

  • Set 07, 2018 19:52
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg

    Malta ……….0

    Belġju ………4

    F’partita minn Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni tal-Kam­pjonat Ewropew ta’ Taħt il-21 sena, Malta kellha tbaxxi rasha għall-qawwa tat-team Belġjan meta sfat megħluba bl-iskor kbir ta’ 4-0.

    Fil-veritá, il-Maltin xejn ma mpressjonaw u anke urew nuqqas ta’ dixxiplina tattika fejn interessanti huwa l-fatt li huma ħolqu azzjoni waħda biss denja ta’ nota matul il-partita kollha.

    Barra minn hekk huma  kienu ferm traskurati fid-dipartiment difensiv speċjal­ment minn azzjonijiet ta’ set-pieces fosthom corners u free-kicks, hekk kif it-tieni goal Belġjan wasal proprju minn azzjoni ta’ corner.

    Madankollu, l-op­pożiz­zjoni kienet ferm b’saħħitha bin-nukleu tal-players Bel­ġjani fis-snin li ġejjin għad narawh parti mit-team naz­zjonali li jfisser investiment tajjeb għal futur biex ikomplu jibnu wara li fit-Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja, fis-sajf li għadda, spiċċaw fit-tielet post.

    Il-Belġju issa jkunu mpenjati kontra l-Isvezja f’Ottubru li ġej, f’partita li għandha tiddetermina min minnhom se jirbaħ dan il-grupp.

    Il-Belġjani għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mas-suffara inizjali u fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Dodi Lukebaki indirizza cross lejn NANY DIMATA li għola taj­jeb u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Huma komplew jattakkaw  u sitt minuti wara xutt mid-distanza ta’ Jordi Van lerberghe ġie mdawwar f’cor­ner bi bravura mill-goal­keeper Jake Galea.

    Iżda, mill-corner li rriżulta u wara taħwida fil-kaxxa fejn id-difensuri Maltin naq­su milli jikklerjaw il-ballun, il-captain Belġjan SIEBE SCHRIJVERS mill-viċin ma kellu l-ebda diffikultá biex jixħet il-ballun fix-xibka.

    Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, il-Belġjani komplew jiddominaw u fl-24 minuta tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta wara li rċieva minn cross fil-baxx mix-xellug, minn pożizzjoni ideali Samuel Bastien għa­mel l-impossibbli u xeħet barra.

    Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Belġjani komplew fejn ħal­lew qabel il-mistrieħ u fid-59 minuta komplew ikab­bru l-marġni tal-iskor permezz tat-tielet goal meta minn indeċiżjoni tad-difensur ta’ Sliema Wanderers, Kurt Shaw, approfitta bis-sħiħ l-attakkant DODI LUKEBA­KIO li mill-viċin  tefa’ ġew­wa.

    Fl-unika azzjoni denja ta’ nota li ħolqu l-Maltin, fit-68  minuta, free-kick insidjuż tal-captain Jake Grech għad­da ftit għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper Nordin Jackers.

    Iżda l-Belġjani komplew jixxalaw u minuta biss wara, skorjaw ir-raba’ goal, meta s-sostitut, AARON LEYA ISEKA, li kien ilu biss sitt minuti fil-ground, mill-viċin tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper Jake Galea, bl-istess goalkeeper joħroġ minn postu fit-tentattiv li jinnewtralizza l-periklu.

    Fit-72 minuta, xutt minn distanza ta’ madwar 30 mettu tas-sostitut Belġjan l-ieħor Alexis De Sart għadda ftit barra.

    Fit-80 minuta, il-Belġjani kienu sfortunati li ma skorjawx il-ħames goal meta xutt mill-ewwel mid-distanza ta’ Issac Mbenza stampa mal-wieqfa.

    MALTA: 1-Jake Galea, 2-Jean Borg, 3-Kurt Zammit, 4-Karl Micallef, 5-Dunstan Vella, 6-Matthew Guillaumier (17-Zachary Scerri 59), 8-Jake Grech, 9-Kyrian Nwoko, 10-Jurgen Degabriele, 11-Myles Beerman (21-Dylan Agius 86), 22-Kurt Shaw (16-Michele Sansone 74)  - Coach: Silvio Vella

    BELĠJU: 1-Nordin Jackers, 2-Dion Cools, 3-Zinho Vanheusden, 4-Wout Faes, 6-Samuel Bastien (8-Alexis De Sart 64), 7-Isaac Mbenza, 9-Nany Dimata (15-Aaron Leya Iseka 63), 10-Siebe Schrijvers, 11-Dodi Lukebakio (16-Alexis Saelemaekers 81), 13-Casper De Norre, 19-Jordi Vanlerberghe - Coach: Johan Walem

    REFEREE: Roomer Tarajev (Estonja)

    ASS. REFEREES:Neeme Neemlaid, Egerd Pajustik (Estonja)

    RABA’ UFF: Marko Liiva (Estonja)

    SKORERS:N. Dimata 11, S. Schrijvers 18, D. Lukebakio 59, A. Leya Iseka 69 (B)

    AMMONIT:J. Degabriele (M)

    ATTENDENZA:205

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0