GasanMamo Insurance jappoġġaw Napule... Arti, Storja u Kultura

  • Set 07, 2018 18:48
  • Miktub minn iNews

    Gasan Mamo, kumpanija tal-assigurazzjoni ewlenija f’Malta, bi pjaċir appoġġat it-tielet  edizzjoni ta’ Napule li għal darb’oħra kienet organizzata fir-Rabat, is-subborg tal-belt kapitali antika ta’ Malta.

    Dan l-avveniment organizzat minn Corpus Domini u l-kumitat tal-Festa ta’ San Pawl, kien ta’ success kbir.  Eluf ta’ nies attendew bi ħġarhom matul l-iljieli tal-Ġimgħa 31 ta’ Awwissu u tas-Sibt l-1 ta’ Settembru 2018.

    Napule, għal sena oħra konsekuttiva, ġabu flimkien uħud mill-aqwa pizzaioli Taljani u chefs minn Napli għal-lejl ta’ ikel tajjeb u divertiment mill-peninsula Taljana. Kull min attenda għal dan l-avveniment kellu l-opportunità li jgawdi l-mużika live ta’ Spiteri Lucas Entertainment, George Curmi (Puse) Band, Martino Gilardino Cordina, arti, krafts u ħafna aktar.

    “GasanMamo jemmen li hi r-responsabbiltà tagħhom li jsostunu l-impenn tagħhom u jappoġġaw il-kultura Maltija. Matul is-snin Corpus Domini u l-kumitat tal-Festa ta’ San Pawl organizzaw avvenimenti kulturali b’tema varji inkluż Napule.  Dan l-avveniment huwa organizzat bi preparament għall-festa ta’ San Pawl fir-Rabat li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar festi popolari f’Malta. Bl-appoġġ tagħna aħna mhux biss qegħdin nissapportjaw dan l-avveniment iżda wkoll liż-żgħażagħ tagħna, it-talent, l-arti, il-mużika u l-wirt tagħna,” qal Julian J. Mamo, id-Direttur Maniġerjali ta’ GasanMamo Insurance.

    Napule hi organizzata fit-toroq taċ-ċentru storiku tar-Rabat u fuq iz-zuntier kbir li jdawwar
    il-knisja parrokkjali ta’ San Pawl. Huwa interessanti li tinnota li l-idea wara dan l-avveniment tant popolari, inħolqot permezz tal-ħbiberija li hemm bejn membri tal-kumitat u grupp ta’ chefs Naplitani.  Dawn tal-aħħar huma meqjusa fost l-aqwa li hemm f’Napli u rebħu bosta kompetizzjonjiet fis-settur rispettiv tagħhom.  Grazzi għal din il-ħbiberija u kollaborazzjoni, dawk kollha li attendew għal din it-tielet edizzjoni ta’ Napule, setgħu jesperjenzaw l-ikel, l-arti,
    it-tradizzjoni, l-istorja u l-kultura ta’ din il-belt sabiħa fit-tramuntana tal-Italja.  

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook