Is-Surġent Simon Schembri sofra diżabilità ta' 66%… tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-pulizija li ttajjar f'Ħal Luqa

  • Set 07, 2018 14:27
  • Miktub minn iNews

    Kirurgu li eżamina lis-Surġent Simon Schembri ikkonkluda li l-pulizija tat-traffiku li fil-15 ta' Mejju safa mtajjar minn vettura f'Ħal Luqa sofra diżabilità li tammonta għal 66%.

    Il-kirurgu Ray Gatt kien qed jixhed fil-kumpilazzjoni ta' Liam Debono, iż-żagħżugħ ta' 17-il sena li jinsab mixli bl-attentat ta' qtil ta' Schembri.

    Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehdet ukoll Lina Janulova f'isem is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika li esebiet il-fajl mediku oħxon li fih il-kura li  ngħata.

    Xehed ukoll is-Surġent Oliver Vella, li bħall-vittma huwa stazzjonat fit-Taqsima tat-Traffiku, fejn irrakkonta kif meta mar fuq il-post ra lill-kollega tiegħu wiċċu mal-art u ma għarfux sakemm qalulu min kien.

    Fl-istess seduta kienu msejjħa biex jixhdu omm u oħt l-akkużat, Charlotte Zammit u Cheryl Anne Debono, madankollu dawn għażlu li ma jixhdux.

    Il-liġi tagħti dritt lill-eqreb qraba ta' persuna akkużata biex ma jixhdux fil-konfront tagħha.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Pier Guido Saliba, Fabian Fleri u Chantelle Casha.

    Waqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jiddefendu lill-akkużat, il-vittma għandu jidher għalih lill-Avukat Arthur Azzopardi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0