Jittellgħu l-poloz tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja... se terġa’ ssir it-tellieqa tal-frejgatini tan-nisa wara nuqqas ta’ 40 sena

  • Set 07, 2018 11:42
  • Miktub minn iNews

    Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ġnien tal-Gardjola l-Isla, ittellgħu l-poloz tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja. Il-Port il-Kbir għal darb’oħra se joffri sfond għal din ir-regatta li fiha se jieħdu sehem 7 distretti li huma: il-Birgu, Birżebbuġa,  Bormla, l-Isla, il-Kalkara, il-Marsa, u Marsamxett.  Dawn se jipparteċipaw f’għaxar tlielaq f’żewġ kategoriji differenti: A u B. Din is-sena mistennija jieħdu sehem madwar 120 qaddief li magħhom se jiżdiedu 25 sostitut li għandhom għan komuni, li huwa dak li jirbħu s-shield tar-regatta ta’ Jum il-Vitorja.

    Meta indirizza lil dawk preżent, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima rringrazzja lil dawk kollha involuti fir-regatta u saħaq dwar l-importanza li dan l-avveniment nazzjonali tar-regatta, mistenni minn bosta, ikompli jikber.

    Huwa qal li hu ta’ pjaċir li jara ħafna, partikolarment żgħażagħ, jagħtu s-sehem tagħhom fir-regatta. Għaldaqstant jemmen li hemm l-impenn biex inkomplu ninvestu fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna b’appoġġ min-naħa tiegħu biex dan l-isport ikompli jissaħħaħ. 

    Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li SportMalta tagħti għajnuna finanzjarja għar-regatta kif ukoll tieħu ħsieb il-loġistika tal-istess avvenimenti, iżda tagħti awtonomija lill-Federazzjoni fir-rigward tat-tlielaq. Apparti dan, SportMalta tassisti lill-clubs kollha b’assistenza finanzjarja biex jibnu dgħajsa f’kull club u r-riżultati tar-regatta jiġu trażmessi live fuq il-website ta’ SportMalta.

    Tkellem ukoll il-President tal-‘Malta Rowing Association’ Stephen Paris li wera l-apprezzament tiegħu lil dawk kollha li jagħtu l-għajnuna tagħhom lejn ir-regatta matul is-sena, b’mod partikolari lill-Gvern u SportMalta.

    Tradizzjonalment, id-dgħajjes li jintużaw huma frejgatini, kajjikki, dgħajjes tal-pass u tal-midalji.  Dawn id-dgħajjes huma esebizzjoni ħajja ta’ sengħa li kull ma tmur qiegħda tintilef.  Dan għaliex dawn id-dgħajjes huma wkoll mibnija f’pajjiżna. Oriġinarjament, id-dgħajjes kienu tal-istess għamla bħal dawk li kienu jintużaw fil-ħidma ta’ kuljum mill-barklori,. Madanakollu maż-żmien saru xi modifikazzjonijiet sabiex dawn ikunu aktar utilizzati bħala dgħajjes tat-tlielaq. F’din l-edizzjoni, wara nuqqas ta’ madwar 40 sena, se terġa ssir ir-tellieqa tal-frejgatini tan-nisa.

    Intant ir-regatta ta’ Jum il-Vitorja pjanata li tibda fis-1.00pm u l-pjazzament tal-korsiji skont it-tabella t'hawn taħt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook