L-MUT titlob li jittieħdu passi kontra allegazzjonijiet foloz fil-konfront ta' LSE

  • Set 07, 2018 11:16
  • Miktub minn iNews
"
    Fi stqarrija maħruġa minna, l-MUT qalet li segwiet l-iżvilupp ta’ kwistjoni li bdiet fil-midja soċjali, fejn ġie rappurtat minn sezzjonijiet tal-midja li ġenitur allegat li LSE ta' reliġjon Musulmana neħħiet salib minn klassi waqt Skola Sajf.
    L-istqarrija tkompli tgħid li hekk kif ġie stabbilit mill-awtoritajiet edukattivi li l-LSE imsemmija mill-ġenitur ma kellha x’taqsam xejn mat-tneħħija tas-salib, u minnflok dan tneħħa temporanjament minħabba ħtiġijiet ta’ rinovazzjoni tal-post, l-MUT ikkomunikat mal-awtoritajiet responsabbli.
    L-MUT qiegħda tisħaq li għandhom jittieħdu passi fil-konfront tal-ġenitur li mingħajr l-ebda kunsiderazzjoni u qies għamlet allegazzjonijiet pubbliċi li ma kinux veritieri bil-għan li tħammeġ il-ħidma tal-LSE, tkasbar it-twemmin religjuż tagħha u ġġib f’dell ikrah l-istess professjoni tal-edukaturi.
    L-MUT kkonkludiet tgħid li mhix ser tittolera aġir irresponsabbli li jagħmel dannu lill-edukaturi u tistenna li l-awtoritajiet jieħdu l-passi meħtieġa sabiex min ikasbar il-ħidma tal-edukaturi jħallas għal għemilu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0