“Il-vandaliżmu huwa kundannabli speċjalment fuq wirt storiku”… ivvandalizzat b’negliġenza l-monument tal-Assedju l-Kbir

  • Set 07, 2018 10:24
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif għada l-pajjiż ifakkar Jum il-Vitorja, kmieni lbieraħ l-monument tal-Assedju l-Kbir tnaddaf u quddiemu saru barrikati tal-ħadid. Din it-“tindifa” pero ma damitx wisq hekk kif jidher li dan l-istess monument ġie ivvandalizzat b’konsegwenzi negativi fuq dan il-wirt storiku. Għadu mhux mifhum jekk dak id-dannu, li seħħ b’negliġenza, jistax jikkawża dannu irreparabbli jew le.

    Mistoqsi dwar dan, is-sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli qal li “l-importanti l-ħsara u trid titranġa, pero la taf min għamilha, la taf meta saret u lanqas taf jekk kinitx intenzjonali u dik tagħmel differenza kbira jekk hux vandaliżmu jew le.” 

    Fid-dawl ta’ dan, dan il-ġurnal tkellem mal-istoriku Prof Henry Frendo u qal li “dan mhux sempliċiment monument li jirrappreżenta żewġ rebħiet imma huwa wirt storiku u tali vandaliżmu tirrapreżenta salvaġiżmu assolut. Il-vandaliżmu huwa kundannabli speċjalment fuq wirt storiku bħal dan.”

    Waqt is-serata kommemorattiva tal-bieraħ, il-Prof Raymond Mangion għamel id-diskors tiegħu u qal li “aħna għandna d-dmir u r-responsabbilità li mhux biss ma nitlewmux bejnietna iz?da li nuru lil ħaddiehor kemm aħna olistic?i u front wieħed”.

    Huwa żied jgħid li “għandna noqgħodu attenti li nleħħnu isem Malta tagħna b’razzjonalità, riflessjoni u skruplu. Għandna nkunu alleanza ta’ poz?ittività u konc?ilju ta’ sedqa fl-għaqda u s-sliem, u fuq kollox l-imħabba.” 

    Mistoqsi dwar dak li ntqal fil-messaġġ tiegħu u x’jaħseb dwar il-vandaliżmu, huwa qalilna li jiddispjaċih li jara wirt tagħna kulturali jiġi ivvandalizzat għax “kull tip ta’ vandaliżmu huwa deplorabbli jkun xi jkun.”

    Għas-serata kommemorattiva li saret ilbieraħ attenda fost oħrajn l-Aġent Prim Ministru Chris Fearne u tqegħdu kuruni minnu, mill-Ispijker tal-Parlament u mill-Kap tal-Oppożizzjoni.

    Illum il-Ġimgħa se ssir quddiesa pontifikali fil-knisja tan-Naxxar li għaliha se jattendu fost oħrajn il-President Marie-Louise Coleiro Preca u l-Aġent Prim Ministru. F'din l-attività jieħdu sehem il-banda tal-Forzi Armati u l-Gwardja tal-Unur.

    Is-Sibt 8 ta' Settembru ssir iċ-ċerimonja tat-tifkira fuq l-imsemmi monument bi tqegħid ta' kuruni mill-President kif ukoll kuruni fuq il-qabar tal-vittmi tal-Assedju l-Kbir, mal-monument tal-Vitorja fil-Birgu, ma' dak ta' Malta Rebbieħa fl-Isla u fiċ-ċimiterju tal-Addolorata. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Vitorja jiġu fi tmiemhom bir-Regatta fil-Port il-Kbir. Minbarra li hija festa nazzjonali, il-Vitorja tiġi iċċelebrata bħala festa f'erba' lokalitajiet: il-Mellieħa, l-Isla u n-Naxxar f'Malta kif ukoll ix-Xagħra f'Għawdex.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook