ARA: "Psaila kien bniedem innovattiv li baqa' marbut mal-għeruq tiegħu f'Ħaż-Żabbar"... Tingħata l-aħħar tislima lill-Professur Anġlu Psaila

  • Set 07, 2018 09:16
  • Miktub minn iNews

    Bosta kienu dawk li aktar kmieni dalgħodu nġabru fil-Knisja ta' Ħaż-Żabbar biex isellmu l-memorja tal-Professur Anġlu Psaila li miet fl-eta ta' 81 sena 

    Huwa kien deskritt miċ-ċelebrant tal-quddiesa bħala persuna poplari, bniedem innovattiv li kien moħħu dejjem għaddej x'jista' joħloq u jtejjeb. Żied jgħid li L-istess Psaila baqa' marbut mal-għeruq tiegħu f'Ħaż-Żabbar u minkejja li kien ilu snin li ħalla r-raħal, baqa' jżur persuni fir-raħal u saħansitra llum ingħata l-aħħar tislima fl-istess raħal.

    Imwieled Ħaż-Żabbar fl-1937, il-Professur Psaila ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo u l-Universita ta' Malta fejn iggradwa bħala tabib fl-1961.

    Huwa kompla bl-istudji tiegħu fir-Renju Unit fejn kien elett Fellow tar-Royal College of Phsycians ta' Edinburgh, Fellow tar-Royal College of Phsycians ta' Londra u Fellow tar-Royal College of Physicians ta' Glasgow.

    Fl-1978 inħatar tabib konsulent fl-Isptar San Luqa u mbagħad Deputat Direttur fid-Dipartiment tal-Mediċina u Professur tal-Mediċina fl-Universita ta' Malta.

    Il-Professur Psaila kien magħruf għall-programmi fuq ir-radju u t-televiżjoni fosthom il-programm “Stetoskopju” li kien jixxandar fuq One Radio.

    Huwa kien ukoll iħobb l-isports fejn anke waqqaf il-Medical Tennis Association Malta u serva bħala President tal-World Medical Tennis Society.

    Fis-snin 80 u 90 ikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali mal-Partit Laburita imma qatt ma tela.

    Fl-2013 huwa ngħata Ġieħ ir-Repubblika bħala rikonoxximent għas-servizz li ta fil-qasam tal-mediċina nkluż l-għarfien li qajjem fuq il-mezzi tax-xandir.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0