Qalilhom li kien hemm kelb feroċi biex ma jfittxulux fil-gallinar… ikompli jinstema’ l-każ tad-droga li nstabet moħbija f’gallinar ta’ razzett fis-Siġġiewi

  • Set 07, 2018 08:06
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra raġel li jinsab akkużat li ħeba d-droga f’gallinar tat-tiġieġ fir-razzett tiegħu, ħareġ li l-post fejn instabet d-droga kien essenzjalment aċċessibbli għall-pubbliku. 

    Horace Fenech ta’ 42 sena mis-Siġġiewi qed ikun akkużat bil-pussess aggravat tad-droga. B’kollox il-Pulizija elevat madwar kilogramma ta’ sustanza suspettata eroina u xi kannabis.

    Diversi uffiċjali tal-Pulizija xehdu fil-Qorti fejn iddeskrivew il-ħidma ta’ sorveljanza li saret fir-razzett ta’ Fenech. Ċertu Terence Cini, li kien is-suġġett ta’ informazzjoni relatata ma’ ftehim dwar droga, kien segwit mill-Pulizija li osservawh isuq Peugeot Partner fid-direzzjoni tar-razzett.

    Cini nstab li kien qed iġorr id-droga kannabis u borża trab abjad flimkien ma’ ammont mhux magħruf ta’ flus kontanti fil-karozza tiegħu. L-arrest tiegħu kien segwit ma’ dak ta’ Fenech, li kien qed jistennieh barra r-razzett. 

    Il-Qorti semgħet kif l-akkużat ipprova jwaqqaf lill-Pulizija milli jfittxu fil-gallinar tat-tiġieġ meta beda jgħid li biswit l-istess gallinar kien hemm kelb perikoluż u feroċi. Iżda l-Uffiċjali tal-Pulizija sabu illi l-kelb kien mans u mhux aggressiv. Ħareġ ukoll li r-razzett kien imdawwar b’ħitan baxxi u li f’xi partijiet ma kien hemm l-ebda ħitan.

    Il-każ ikompli nhar id-19 ta’ Settembru li ġej.

    L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jidhru għall-akkużat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0