Illum Malta tiddebutta fil-UEFA Nations League

  • Set 07, 2018 00:17
  • Miktub minn iNews

    It-team nazzjonali Malti mmexxi minn Ray “Żażu” Farrugia, illum se jiddebutta fil-UEFA Nations League li hija kompetizzjoni ġdida orga-nizzata mill-Għaqda Ewropea.

    Il-Maltin se jilagħbu fi Grupp D3 u l-ewwel avversarji tagħhom se jkunu Faroe Islands liema partita se tintlagħab fil-belt ta’ Torshavn.

    Wara l-battikata kbira li kellu l-kontinġent Malti biex wasal f’dan il-pajjiż minħabba ħsarat tekniċi fl-ajruplan wara li nqata’ mill-art biex wara kwarta kellu jirritorna pajjiżna bil-konsegwenza li t-titjira chartered saret ġurnata wara, il-kamp Malti jinsab fiduċjuż għal dan il-konfront delikat. 

    Il-coach Farrugia flimkien mal-assistent tiegħu, Branko Nisevic, ilhom aktar minn ġimgħa jippreparaw lill-players b’taħriġ intensiv fis-Centenary Stadium u issa f’Tor­shavn.

    Fil-fatt il-partita ser tintlagħab fi ground b’wiċċ sintetiku u għaldaqstant il-players jinsabu pre­parati għal dan kollu.

    Min-naħa l-oħra t-temp huwa ferm diffe­renti minn dak ta’ pajjiżna hekk kif fil-belt ta’ Torshavn it-temperatura sal-bieraħ kienet timmarka 12-il grad celsius.

    Il-Faroe Islands  huma determinati li jisfruttaw il-vantaġġ li ser jilagħbu f’darhom u jiksbu l-ew­wel tliet punti biex jibdew bl-aħjar mod possibbli din l-avventura tagħhom.

    It-team min-naħa ta’ fuq tal-Ewropa jippossjiedi lill-player ta’ 27 sena,  Joan Edmundsson, bħala l-iktar wieħed li jispikka meta barra li huwa għażla awtomatika mat-team nazzjonali, huwa sar l-ewwel player li lagħab fil-football Ġermaniż meta ssieħeb ma’ Arminia Bielefeld.

    Huwa diġà ħalla mpressjoni tajba hekk kif skorja żewġ goals fl-ewwel erba’ partiti personali.

    Fil-kummenti li ta lill-mezzi tax-xandir tal-pajjiż, Edmundsson semma’ lill-attakkant Michael Mifsud bħala l-iktar player perikoluż min-naħa tat-team Malti.

    Huwa aċċenna b’mod partikolari għall-fatt li l-attakkant Malti sab ix-xibka fil-UEFA Europa League fil-konfront kontra Klaksvik mill-istess pajjiż.

    Il-coach Malti mistenni li jutilizza l-aħjar elementi għad-dispożizzjoni tiegħu hekk kif kulħadd jinsab f’sikktu u għaxtana biex illum jirrap­pre­żentaw lil pajjiżna.

    Dan se jkun il-ħames konfront kontra l-Faroe Islands fejn ir-rekord ixaqleb favur tagħhom bi tliet rebħiet kontra ‘l waħda ta’ Malta. Il-Maltin skorjaw seba’ goals filwaqt li sofrew disgħa.

    L-erbgħa partiti kienu dawn:

    30.04.1997 - Tazza tad-Dinja - Malta v Fa­roe Islands 1-2 (National Stadium) - Coach: Milorad Kosanovic; Skorer Malti: Stefan Sultana.

    08.06.1997 - Tazza tad-Dinja - Faroe Islands v Malta 2-1 (Toftir Stadium - Toftir) - Coach: Milorad Kosanovic; Skorer Malti: Gilbert Agius.

    18.08.2004 - Partita ta’ Ħbiberija - Faroe Islands v Malta 3-2 (Torsvollur - Torshavn) - Coach: Horst Heese; Skorers Maltin: Stefan Giglio u Michael Mifsud.

    19.11.2013 - Partita ta’ Ħbiberija: Malta v Faroe Islands 3-2 (National Stadium) - Coach: Pietro Ghedin; Skorers Maltin: Ryan Fenech, Michael Mifsud, Jonathan Caruana. Din ir-rebħa kienet l-40 partita ta’ tat-Taljan Ghedin fit-tmexxija tat-team Malti.

    Il-konfront ser jintlagħab fit-Tosvallur Stadium ta’ Torshavn, bil-partita tibda fid- 8.45pm.

    Malta tilgħab ukoll nhar it-Tnejn li ġej din id-darba fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali kontra l-Azerbaijan.

    Il-formazzjoni probabbli hija:

      1. Andrew Hogg (Hibernians)

      2. Steve Borg (Valletta)

      3. Joseph Zerafa (Valletta)

      4. Andrei Agius (Hibernians)

      5. Ryan Camilleri (Valletta)

      6. Paul Fenech (Birkirkara)

      7. Ryan Fenech (Sliema Wanderers)

      8. Rowen Muscat (Valletta)

      9. Michael Mifsud (Birkirkara)

    10. André Schembri (Apollon Limassol)

    11. Zach Muscat (US Pistoiese)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0