Beach Soccer: Impenji internazzjonali għar-referee Jude Amin Utulu

  • Set 07, 2018 00:15
  • Miktub minn iNews

    Il-FIFA referee tal-Beach Soccer, Jude Amin Utulu (ritratt), ġie maħtur biex jikkontrolla partiti mill-aħħar fażi tal-21 edizzjoni tal-Euro Beach Soccer League (EBSL) li beda l-bieraħ u se jintemm nhar il-Ħadd li ġej, f’Sardinja, l-Italja.

    Dan wara li dan is-sajf, fażijiet tal-EBSL intlagħbu kif ġej:

    L-ewwel fażi – Baku, Azerbaijan (22 sal-24 ta’ Ġunju).

    It-tieni fażi – Nazaré, il-Portugall (6 sat-8 ta’ Lulju).

    It-tielet fażi – Moska, ir-Russja (20 sat-22 ta’ Lulju).

    Ir-raba’ fażi – Minsk, il-Belarus (3 sal-5 ta’Awwissu).

    Il-ħames fażi – Warnemünde, il-Ġermanja (24 sas-26 ta’ Awwissu)

    It-timijiet li ser jikkompetu f’Sardinja huma:

    Super Final                  

    Grupp 1: Spanja, Portugall, Svizzera, Azerbajġan

    Grupp 2: Russja, Belarus, Ukrajna, Italja

    Promotion Final           

    Grupp 1: Ġermanja, Kazakhstan, Ungerija, Moldo­va

    Grupp 2: Ingilterra, Bulgarija, Rumanija, Norveġja.        

     

    Il-klassifika finali tal-Euro Beach Soccer League 2018 se  tagħti seba’ postijiet fil-European Olympic Games ta’ Minsk f’Ġunju 2019 – sitta minnhom lill-ewwel sitt timijiet fis-Super Final, u l-ieħor lill-aħjar team ta’ Division B fil-Promotion Final. 

    Il-Belarus, bħala l-organizzaturi tal-European Olympic Games, għandhom post diġà.

    Fis-Super Final isir magħruf it-team rebbieħ globali tal-EBSL 2018  kif ukoll ir-rebbieħ tal-finali l-oħra li tkun saret qabel jiġi promoss għal Diviżjoni A.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook