Under 21: Illum Malta tilgħab kontra l-Belġju

  • Set 07, 2018 00:13
  • Miktub minn iNews

    It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena llum jilgħab partita oħra ferm diffiċli minn Grupp 6 ta’ kwalifikaz­zjoni għall-Kampjonat Ewro­pewt meta jaffronta lill-Belġju li jinsabu fil-quċċata flimkien mal-Isvezja.

    Sadanittant il-preparaz­zjo­nijiet tal-iskwadra żagħ­żugħa Maltija ilhom għad­dejjin għal dawn l-aħħar jiem u l-coach nazzjonali Silvio Vella “ingħata” ċ-ċans li jkollu lill-players tiegħu għall-ġimgħa żejda.

    F’konferenza stampa li ġiet indirizzata fis-sala tal-konferenzi tal-Istadium Naz­zjonali, Vella qal li minkej­ja li Malta s’issa ma ġabret l-ebda punt, ix-xorti xejn ma daħkitilhom anke jekk jiġu nklużi xi de­ċiżjonijiet kontroversjali tar-referees li ttieħdu kontra tagħhom.

    Fuq nota pożittiva, il-coach nazzjonali jinsab kuntent bit-talent kbir li tiela’ u għalkemm ir-riżultati jgħod­du, dan il-grupp ta’ players qed jitjieb fil-livell tiegħu u l-obbjettiv tiegħu bħalissa hu li jwassalhom fid-direzzjoni t-tajba.

    Minkejja li ma kellhomx biċċa xogħol faċli, kemm Vella kif ukoll l-assistant coach, Noel Turner, kienu qed ju­żaw dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni biex jagħtu ċ-ċans liż-żgħażagħ li telgħin għall-appuntamenti futuri fil-kategorija ta’ Taħt il-21 sena.

    Vella nnota l-progress enormi li qed iseħħ bix-xogħol siewi li qed isir fis-settur taż-żgħażagħ fi ħdan l-MFA. Tant hu hekk li dawn l-istess żgħażagħ qed ikol­lhom iċ-ċans li jilagħbu fl-iskwadra tal-kbar.

    Fil-ftit xhur li ilu fil-kariga ta’ coach nazzjonali, Ray Farrugia qed jara iktar mill-viċin diversi players żgħa­żagħ u din il-viżjoni diġà bdiet tagħti l-frott.

    Players ta’ taħt il-21 sena bħal Joseph Mbong, Myles Beerman, Dunstan Vella, Jake Grech, Jurgen Degabrie-le u Kyrian Nwoko kollha ngħataw iċ-ċans li jitilgħu mal-iskwadra tal-kbar wara t-training camp li sar fl-Awstrija, f’Ġunju li għadda.

    Minn dak iż-żmien ‘l hawn, ma’ Mbong ingħaqad żagħżugħ  ieħor li wkoll qed juri t-talenti tiegħu hekk kif il-player ta’ Gzira United, Juan Corbalan, ġie mgħajjat mal-kbar għall-partita mill-UEFA Nations League kontra l-Faroe Islands li se tintlagħab illum ukoll.

    Il-kumplament tal-players ta’ din il-kategorija se jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’din il-kategorija u jippreparaw għall-partita li jmisshom kontra l-Belġju.

    L-MFA qed tinvesti ferm fit-talent żagħżugħ min­ħabba li dawn kienu l-players li l-assoċjazzjoni ndukrat ferm f’dawn l-aħħar snin u li ħadu sehem fil-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt is-17-il sena li kien sar f’Malta erba’ snin ilu.

    Vella qal li bl-istess mod bħala coaches qed jieħdu ħsieb dawk il-players li telgħin sabiex jagħtuhom l-edukazzjoni meħtieġa u juruhom it-triq ‘il quddiem f’din il-karriera tant sabiħa.

    Il-coach nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena żied jgħid li minkejja li kellhom partiti diffiċli f’din il-kompetizzjoni, huma rnexxielhom isibu x-xibka diversi drabi jekk tneħħi ż-żewġ logħbiet li kellhom kontra l-Isvezja.

    Wara li tgħaddi l-partita kontra l-Belġju, it-team Malti jkun jonqsu żewġ logħbiet f’daru, kontra l-Ungerija u Ċipru.

    Barra minn hekk se tint­lagħab logħba ta’ ħbi­berija kontra Georgia, nhar it-Tlie­ta li ġej kif ukoll oħra kontra l-Albanija, f’Novembru li ġej.

    F’dan ir-rigward, Vella qal li jkun żbaljat jekk wieħed jaħseb li għax ser nilagħbu f’darna allura dawn il-logħob ser ikunu faċli.

    B’hekk appella lill-players tiegħu biex jieħdu logħba wara l-oħra u jżommu saqaj­hom mal-art.

    Intant, tkellem ukoll il-captain tal-istess team naz­zjonali u midfielder ta’ Bir­kirkara, Jake Grech, li bħal Vella qal li se jkun qed jistenna konfront diffiċli.

    Iżda huwa jemmen li bl-ambjent pożittiv li qed jirrenja fl-iskwadra Maltija bħalissa, u jekk hu u sħabu jkunu fl-aqwa forma possibli, kapaċi joffru oppożizzjoni denja lill-Belġjani u joħorġu b’rashom mgħol­­lija mill-ground.

    L-iskwadra Maltija hija ffurmata minn:

    Goalkeepers: Jake Galea (Sliema W.), Matthew Grech (Floriana)

    Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema W.), Karl Micallef (Hamrun S.), Kurt Zammit (Birkirkara), Michele Sansone (Sliema W.), Dunstan Vella (Hiber­nians)

    Midfielders: Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gzira U.), Yannick Yankam (Qormi), Zach Scerri (Gzira U.), Dylan Agius (Pietà H.), Jake Grech (Birkirkara)

    Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hiber­nians), Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria H.)

    Il-partita se tintlagħab fis-Centenary Stadium, fil-5.00 pm.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook