Coaches ewlenin Ewropej jitolbu bidla fir-regola tal-goals-away

  • Set 07, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    Coaches ta’ clubs ewlenin Ewropej, talbu lill-UEFA biex tirrevedi r-regolament tal-goals-away jgħoddu doppju fil-kompetizzjonijiet kontinentali.

    Huma jridu wkoll li s-suq tat-trasferimenti jintemm fl-istess żmien fil-kampjonat maġġuri kollha tal-Ewropa.

    “Il-coaches jaħsbu li tis­korja barra minn darek m’għadhiex diffiċli daqs kemm kienet fil-passat,” qal id-deputat segretarju ġene­rali tal-UEFA, Giorgio Marchetti.

    “Huma jaħsbu li r-regolament għandu jiġi rivedut u dak li se nagħmlu.”

    Ir-regolament kien ġie introdott fl-1965 f’dik li kienet it-Tazza tat-Tazzi bħala alternattiva għat-tlugħ tal-munita jew inkella replay meta t-timijiet jispiċċaw fi draw meta dak iż-żmien l-ivvjaġġar kien iktar ta’ sfida.

    Fuq l-għeluq tas-suq tat-trasferimenti, Marchetti qal li l-coaches iridu iktar pajjiżi jimxu fuq il-passi tal-Italja u l-Ingilterra u jagħlquh qabel ma jibda l-kampjonat.

    Fi Spanja, fil-Ġermanja u fi Franza, is-suq jibqa’ mif­tuħ sal-aħħar ta’ Awwissu bħal qabel.

    Il-laqgħa annwali nklu­diet lil José Mourinho, Unai Emery, Arsena Wenger, Massimiliano Allegri, Julen Lopetegui, Carlo Ancelotti u Thomas Tuchel, fost oħrajn.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0