Tottenham jistgħu jiġu mġiegħla jilagħbu l-logħbiet f’Wembley Stadium sa tmiem l-istaġun

  • Set 07, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    Tottenham Hotspur jistgħu jiġu mġiegħla jilagħbu f’Wembley sal-aħħar tal-istaġun minħabba li l-bini tal-istadium il-ġdid se jdum aktar milli kien mistenni.

    Spurs lagħbu l-aħħar partita tagħhom f’White Hart Lane lejn tmieml-istagun 2016-17 kontra Manchester United.

    Kien mistenni li Spurs jibdew jilagħbu fl-istadium il-ġdid tagħhom - Tottenham Hotspur Stadium – mill-bidu ta’ dan l-istaġun, bl-ewwel logħba tkun kontra Fulham. Imma ġie żvelat mill-klabb li l-istadum mhux ser ikun lest qabel l-istaġun il-ġdid wara l-ewwel logħba kienet skedata għall-15 ta’ dan ix-xahar kontra Liverpool.

    Iżda issa ġie deċiż li l-istadium mhux se jintuża qabel tmiem l-istaġun fejn se jiswa ħafna aktar flus.

    Madwar €500 miljun ewro kienu mistennija jintefqu fuq il-proġett iżda issa l-ispiża laħqet is-€673 miljun u tista’ facilment tilħaq il-€1 biljun.

    Spurs għandhom kuntratt ma’ Wembley sal-15 ta’ Diċembru, imma jekk l-istadium il-ġdid ma jkunx lest sal-ġurnata wara l-Milied, id-diretturi tal-Premier League se titlob lil Tottenham biex ikomplu jilagħbu f’Wembley sa tmiem l-istaġun.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0