Xhaka u Shaqiri jitolbu skuża

  • Set 07, 2018 00:00
  • Miktub minn iNews

    Granit Xhaka u Xherdan Shaqiri talbu skuża għaċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom fit-Tazza tad-Dinja, li għamlu gest ta’ ajkla b’idejhom.

    L-internazzjonali ta’ Svizzera – li huma oriġinarjament ġejjin mill-Kosovo-Albaniżi – għamlu l-ġest fir-rebħa tagħhom fuq is-Serbja, fit-Tazza tad-Dinja u ġew immultati €6,738 kull wieħed għall-konnotazzjonijiet politiċi.

    Stephan Lichtsteiner ġie mmultat ukoll iżda t-trio evitaw sospensjonibiex segħu jkomplu jirrappreżentaw lill-Isvizzera għall-bqija tat-tournament. fir-Russja.

    Meta mistoqsi dwar ic-celebrazzjoni tiegħu qabel il-logħbiet kontra l-Islanda u l-Ingilterra, Xhaka qal:“Nixtieq nagħmel apoloġija għal dak li ġara u nkun verament stupidu jekk nerġa’ nagħmilha.”

    Lichtsteiner, żied: "Ma rridu nweġġgħu lil ħadd. Niskużaw ruħna għall-inkonvenjent li kkawżajna."

    Min-naħa tiegħu,il-player ta’ Liverpool Shaqiri qal: "Ovvjament, niskuża ruħi jekk in-nies ħassewhom offiżi b’xi mod jew iehor.”

    Id-difensur ta’ Arsenal, Shkodran Mustafi, huwa l-player riċenti li għamel dan il-ġest wara li fetaħ l-iskor fir-rebħa ta’ 3-2 fuq Cardiff, il-Ħadd li għadda.

    Huwa għamel il-ġest fid-direzzjoni ta’ Xhaka u għalhekk evita multa mill-FA Ingliża.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook