Il-PL japprova l-ewwel kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

  • Set 06, 2018 19:44
  • Miktub minn iNews

    L-eżekuttiv nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-ewwel grupp ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tas-sena d-dieħla.

    L-ewwel kandidati approvati wara li ssottomettew in-nomina tagħhom uffiċjalment huma Felix Busuttil, Josef Caruana, Miriam Dalli, Cyrus Engerer, James Grech, Alex Saliba u Joe Sammut. Iktar kandidati jkunu approvati fil-ġimgħat li ġejjin.

    L-ewwel grupp ta’ kandidati diġa’ jindika li għall-elezzjoni tas-sena d-dieħla,il-Partit Laburista se jkollu l-aqwa għażla biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu rappreżentati bl-aħjar mod fil-Parlament Ewropew.

    Meta kkummenta dwar dawn l-elezzjonijiet,il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal: “Dawn l-elezzjonijiet se jerġgħu jkunu elezzjonijiet li joffru sfida lill-Partit  Laburista. Dan anke għax il-Partit Laburista se jkun kważi f’nofs it-tieni leġiżlatura tiegħu. Peró,bil-kandidatura li se jkollu u bil-ħidma li se ssir fix-xhur li ġejjin, il-Partit Laburista se jaħdem biex jassigura l-aqwa riżultat possibbli. Il-poplu Malti seta’ jara kif is-snin li għaddew urew id-differenza bejn l-MEPs tal-Partit Laburista, li jaħdmu favur Malta u ċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Partit Nazzjonalista,li l-uniku għan tagħhom kien li jweġġgħu l-gvern biex mingħalihom igawdi l-Partit Nazzjonalista. Biex għamlu hekk,spiċċaw jipprovaw iweġġgħu l-pajjiż għal darba wara oħra. Malta jistħoqqilha rappreżentanti li jaħdmu biex isaħħulha isimha fl-Ewropa u hekk se jkunu qed jagħmlu l-MEPs tal-Partit Laburist

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0