Aktar responsabbiltajiet u assistenza konkreta lill-kunsilli lokali

  • Set 06, 2018 19:25
  • Miktub minn iNews

    Bħalissa għaddejjin numru ta’ sessjonijiet dwar urban design għall-kunsilli lokali tagħna mmexxija minn uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar bl-għan li jkollna amministrazzjoni pubblika li tipprovdi servizz tal-ippjanar dwar l-użu tal-art aktar effettiv u effiċjenti, anke mil-lat tal-ispiża. Dawn is-sessjonijiet jiffurmaw parti minn programm kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u PA+.

    Id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali flimkien mal-Awtorità tal-Ippjanar żviluppaw dan il-programm pilota ta’ taħriġ imfassal għall-kunsilli lokali tagħna sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu aħjar ir-rwol tagħhom bħala konsulenti statutorji u f’ċerti każijiet bħala membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dan il-programm ġie żviluppat wara sessjoni ta’ informazzjoni lill-kunsilli lokali li kienet saret fit-12 ta’ Settembru 2016.

    Waqt żjara li għamel illum waqt sessjoni minnhom, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li din l-inizjattiva tkompli turi li l-kunsilli lokali qegħdin jingħataw aktar responsabbiltajiet u assistenza konkreta u dan imur id f’id mal-manifest elettorali tal-gvern dwar il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Is-Segretarju Parlamentari tenna li b’din l-inizjattiva, flimkien mar-riforma li qed isseħħ fuq livell lokali u reġjonali, qed ikomplu jissaħħu r-rwol u l-importanza tal-awtoritajiet lokali tagħna.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius ħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar irnexxielha tikseb €800,080 fondi mill-Unjoni Ewropea wara li applikat għall-proġett imsejjaħ ‘PA+’. Dan il-proġett huwa prinċiparjament intenzjonat għall-impjegati f’kull livell tal-awtorità u ġie sottomess taħt il-kappa tal-programm tal-Fond Socjali.

    Fil-mira prinċipali għat-taħriġ huma l-ħaddiema tal-awtorità, fejn it-taħriġ huwa intenzjonat għal kontributuri esterni għall-proċess tal-ippjanar, bħalma huma l-kunsilli lokali (li fil-proċess il-ġdid għandhom ukoll rwol f’ċertu tipi ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-iżvilupp.

    Huwa temm l-intervent billi aċċenna li taħriġ bħal dan huwa essenzjali biex il-membri tal-istaff fil-livelli kollha jkunu jistgħu jgawdu minn taħriġ aġġornat.

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia enfasizza l-importanza ta’ servizz pubbliku effiċjenti u bla dewmien għall-poplu Malti, kif ukoll il-bżonn ta’ taħriġ kontinwu għall-ħaddiem taċ-ċivil, b’mod speċjali fl-era diġitali li qed ngħixu fiha. Huwa għalhekk li l-gvern alloka ammont ta’ fondi Ewropej biex isaħħaħ ir-riżors uman fis-servizz pubbliku, partikolarment fil-kunsilli lokali u fl-Awtorità tal-Ipjannar, biex isir titjib fis-servizzi li dawn joffru.

    Huwa nnota b’sodisfazzjon li programm bħal dan se jolqot direttament il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin fil-lokalitajiet tagħhom, kif ukoll jiffaċilita l-ħidma tal-gvern fis-servizzi tiegħu. Inizjativi simili oħra ffinanzjati mill-UE jinkludu programm ta’ riformi fis-servizz tas-saħħa biex jingħata servizz effiċjenti u fil-ħin b’investiment ta’ €2 miljun, kif ukoll proġett b’investiment totali ta’ €4 miljun fis-servizz li toffri l-Amministrazzjoni Pubblika. “Dawn il-proġetti ffinanzjati b’fondi Ewropej se jsaħħu s-servizzi pubbliċi, u dan se jwassal għal iktar produttività u prosperità għall-pajjiż”, saħaq Farrugia.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0