Imniedi Premju Soċjetà Ġusta 2018

  • Set 06, 2018 19:23
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis nieda Premju Soċjetà Ġusta 2018Spjega li l-għan tal-premju hu biex jiġu ċċelebrati l-kisbiet ta’ individwi u ta’ organizzazzjonijiet li jappoġġjaw kultura ta’ iżjed drittijiet għall-persuni b’diżabilità. Id-dmir tal-Gvern hu li jesprimi l-apprezzament tiegħu lil kull min jaħdem għal soċjetà iżjed inklussiva fejn persuni b’diżabilità u dawk qrib tagħhom ikunu jistgħu jesperjenzaw aċċessibilità u kundizzjonijiet li jinkoraġġixxu l-għajxien indipendenti u fil-komunità.

    Din is-sena se jingħataw sitt premji:

    • Premju Soċjetà Ġusta 2018;
    • Premju għal Kisba tul il-Ħajja fis-Settur tad-Diżabilità;
    • Premju għal Ħidma fit-Tisħiħ tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità;
    • Premju Parteċipazzjoni Attiva fl-Isport, Arti u Kultura;
    • Premju għal kumpanija li topera mod inklussiv; u
    • Premju Perseveranza.

    Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna li se jmexxi l-bord tal-għażla, spjega li dan hu premju prestiġjuż għax għalkemm l-attivisti jew l-istakeholders li jaħdmu f’dan is-settur ma jkunux qed jistennew lil xi ħadd iċapċpilhom jew jippremjahom tax-xogħol li jagħmlu, hu sabiħ li l-istat jirrikonoxxihom. Dan iwassal biex jaħdmu b’aktar enerġija filwaqt li jkunu ta’ eżempju għal oħrajn.

    Il-bord tal-għażla se jkun magħmul minn: il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Oliver Scicluna; il-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Sapport Joe Cini, il-Professur Andrew Azzopardi, Dekan tal-Fakultà tat-Tisħiħ tas-Soċjetà, u Keith Demicoli u Jessica Sultana, ġurnalisti mill-media lokali.

    L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-uffiċini tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, mill-kunsilli lokali jew minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt. Fl-applikazzjonijiet importanti li dawk li qed jinnominaw jiffukaw kemm jista’ jkun fuq d-dettall tal-kontribut tal-persuni.

    Wara li jimtlew l-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku fuq socjetagusta@gov.mt jew bil-posta fuq l-indirizz: 310, Palazzo Ferreria, il-Belt Valletta, sa mhux aktar tard mid-19 ta’ Novembru 2018.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva u l-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħeġġew lill-pubbliku biex jinnomina lil individwi, entitajiet governattivi, għaqdiet mhux governattivi u kumpaniji privati li qed isaħħu d-drittijiet ta’ dawn il-persuni biex verament ikollna soċjetà ġusta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook