Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja lill-għaqda volontarja Soċjetà Filarmonika Sliema

  • Set 06, 2018 19:00
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima ppreżenta żewġ grant agreements ta’ €7,334 mill-fond ta’ kontinġenza għall-għaqdiet volontarji u €5,000 mill-fond tal-avvenimenti u attivitajiet għall-għaqdiet volontarji, lis-Soċjetà Filarmonika Sliema, li huma amministrati mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

    Clifton Grima rringrazzja lis-Soċjetà Filarmonika Sliema tax-xogħol siewi li jagħmlu u qal li “grazzi għall-persuni li jaħdmu b’mod volontarju għal din is-soċjetà, il-volontarjat f’pajjiżna rnexxielu jżomm xi ħaġa ħajja għal aktar minn 100 sena.  Permezz ta’ dawn il-fondi ppreżentati qed nirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-volontarjat billi ngħinu għaqdiet simili bħal dawn. Bħalissa għaddejja wkoll ħidma koordinata fejn se jkun hemm numru ta’ emendi fl-Att dwar Organizzazzjonijiet Volontarji li se tagħti aktar saħħa lis-settur tal-volontarjat”.

    Filwaqt li hu apprezzat li hemm diversi linji ta’ finanzjament b’appoġġ għal proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet volontarji, tibqa’ r-realtà li hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn organizzazzjoni jista’ jkollha bżonn appoġġ li jirriżulta minn sitwazzjoni ta’ emerġenza. Għal dan il-għan il-ministeru li qed jopera dan il-fond għan-nom tas-segretarjat parlamentari responsabbli mill-għaqdiet tal-volontarjat għandu fond ta’ kontinġenza li jintuża biss f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien u f’sitwazzjonijiet li jistgħu jew iwaqqfu l-operazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja li hi essenzjali għall-komunità jew fejn voluntiera u benefiċjarji jistgħu jkunu f’riskju. F’sitwazzjoni bħal din l-organizzazzjoni tagħmel każ mal-ministeru li, wara parir tekniku, jista’ jikkunsidra appoġġ finanzjarju sħiħ jew parzjali taħt dan il-fond.

    B’dawn il-fondi s-Soċjetà Filarmonika Sliema se tagħmel manutenzjoni mill-ġdid tal-art li tinsab fil-bitħa tal-każin. Dan qed isir peress li l-art ta’ din il-bitħa tinsab fi stat ta’ periklu tant li tista’ tisfronda.

    It-tieni fond li ġie ppreżentat lis-Soċjetà Filarmonika Sliema hu l-Fond tal-Avvenimenti u Attivitajiet li jgħin lill-għaqdiet volontarji biex iwettqu l-avvenimenti u l-attivitajiet li jsiru f’każi eċċezzjonali u biex jiċċelebraw anniversarju minn meta bdiet titwettaq xi ħidma fi ħdan din l-għaqda volontarja. B’dawn il-fondi s-Soċjetà Filarmonika Sliema ħa tieħu ħsieb li jiġi esegwit l-Oratorju Marjan dedikat lis-Sinjura tal-Qalb ta’ Ġesù. Dan il-programm speċjali li se jittella’ fil-Knisja Parokkjali Madonna Tas-Sacré-Cœur, tas-Sliema nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru 2018 se jagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet speċjali tas-sena ċentinarja minn mindu twaqqfet din il-parroċċa. 

    Is-Soċjetà Filarmonika Sliema hi organizzazzjoni volontarja reġistrata (VO/0332) li hi għaqda mużikali f’Tas-Sliema. L-għan ta’ din l-għaqda, li ilha mwaqqfa mill-1923, hu li tkompli tkattar it-tagħlim tal-mużika u l-kultura f’Tas-Sliema.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0