€80,000 f’servizzi veterinarji b’xejn - titwettaq wegħda elettorali oħra

  • Set 06, 2018 16:40
  • Miktub minn iNews

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda s-servizzi vetrinarji b’xejn għall-NGOs u s-santwarji tal-annimali. Huwa qal li llum qiegħda titwettaq wegħda elettorali oħra bl-għan li tkun provduta assistenza veterinarja b’xejn lill-organizzazzjonijiet volontarji li huma attivi f’dan il-qasam—miżura li għaliha fil-Baġit 2018 kienu allokati €80,000.

    Is-Segretarju Parlamentari qal li fil-preżent hemm 11-il NGO li jieħdu ħsieb l-annimali li jinkludu qtates, klieb u żwiemel—tliet organizzazzjonijiet tal-klieb, ħamsa tal-qtates, tnejn taż-żwiemel u waħda tal-qtates u l-klieb. Bejniethom qegħdin jieħdu ħsieb 1,097 annimal, 245 kelb, 829 qattus, u 23 żiemel. 

    Clint Camilleri spjega li se jkunu qegħdin jingħataw €40 għal kull kelb jew qattus u €160 għal kull żiemel u li l-NGOs u s-santwarji se jibbenefikaw mill-ammont sħiħ mingħajr ma joħorġu spejjeż amministrattivi żejda.  Barra minn hekk, dan il-metodu ta’ allokar ta’ fondi huwa iżjed faċli, jieħu inqas ħin, u huwa akkontabbli. Il-fondi jistgħu joħorġu immedjatament ladarba l-informazzjoni provduta mis-santwarji tal-annimali tkun ivverifikata u ċċertifikata korretta. B’hekk jiġi eliminat ukoll kull tip ta’ abbuż li jista’ jkun hemm.  Is-Segretarju Parlamentari qal li l-NGOs se jiġu allokati somma globali skont kemm għandhom annimali u dan se jkun ivverifikat mad-database tal-microchip. Fil-fatt, din id-distribuzzjoni ta’ fondi tqieset ukoll ġusta u raġjonevoli mill-NGOs infushom. Din is-sistema ma tinkludix piż amministrattiv jew burokratiku żejjed minħabba li l-ebda metodu u kumpless ta’ ġbir ta’ dokumentazzjoni ulterjuri mill-NGOs ma hu meħtieġ. 

    Camilleri stqarr li kulħadd jaf kemm il-ħarsien tal-annimali huwa prijorità għal dan il-gvern li qed jaħdem ħafna anke bl-għajnuna tal-Animal Welfare sabiex ikompli jtejjeb is-sitwazzjoni. Huwa rringrazzja lid-direttur u lill-ħaddiema għall-ħidma bla waqfien tagħhom kif ukoll lill-NGOs kollha tax-xogħol siewi li jagħmlu għall-ħarsien tal-annimali.

    Il-bqija tal-fondi se jiġu utilizzati permezz tal-Isptar Veterinarju APH għall-għoti ta’ proċeduri dijanjostiċi aktar kumplessi, operazzjonijiet u dħul fl-isptar, u kura kritika intensiva. Dan huwa servizz uniku li l-isptar tal-annimali jista’ jipprovdi lill-pazjenti li se jiġu riferuti mill-veterinarji tal-NGOs sakemm il-fondi jiġu eżawriti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0