Titħabbar l-iskwadra finali tal-Under 21 għal kontra l-Belġju

  • Set 06, 2018 16:11
  • Miktub minn iNews

    Il-coach nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, Silvio Vella, sejjaħ l-iskwadra finali ta’ 20 player għall-konfront kontra l-Belġju validu mill-Kampjonat Ewropew,  li se tintlagħab għada fil-5.00 pm, fis-Centenary Stadium 

    L-iskwadra tinkludi players bħal Jean Borg, Myles Beerman, Dunstan Vella, Jake Grech, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko, li fl-aħħar xhur kellhom esperjenzi mat-team nazzjonali tal-kbar.

    Dunstan Vella u Jake Grech saħansitra kienu fl-iskwadra proviżorja tat-team naz­zjonali iżda se jkunu qed jagħtu l-kontribut tagħhom mat-team ta’ Taħt il-21 sena għal din il-partita diffiċli.

    Aħbar tajba għall-coach Silvio Vella hi li d-difensur laterali ta’ Birkirkara, Kurt Zammit, jinsab fl-iskwadra wara li ma lagħabx fit-telfa kontra l-Isvezja, f’Ġunju li għadda, filwaqt li Matthew Guillaumier, ukoll player tal-     Istripes, tilef ħafna mill-istaġun li għadda minħabba li kien imweġġa’ u huwa mistenni li jkun regolari fil-formazzjoni ta’ Vella.

    Fost il-players ġodda msejħa minn mill-coach Vella hemm l-attakkant taċ-champions Għawdxin Victoria Hotspurs Christian Mercieca u l-midfielder ta’ Qormi, Yannick Yan­kam. Magħżul ukoll hemm Jan Busuttil li kellu bidu pożittiv fil-Kampjonat Premier ma’ Pietà Hotspurs.

    Ta’ nota huwa l-fatt li f’partita ta’ ħbiberija li t-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena lagħab kontra Pembroke Athleta nhar il-Ġimgħa li għadda, it-team immexxi minn Silvio Vella, ħareġ rebbieħ bl-iskor kbir ta’ 4-0, bil-goals għaż-żgħażagħ Maltin jaslu minn doppjetta ta’ Jurgen Degabriele u oħra ta’ Kyrian Nwo­ko.

    L-iskwadra finali hija:

    Goalkeepers: Jake Galea (Sliema W.), Matthew Grech (Floriana)

    Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema W.), Karl Micallef (Hamrun S.), Kurt Zammit (Birkirkara), Michele Sansone (Sliema W.), Dunstan Vella (Hibernians)

    Midfielders: Myles Beerman (Birkirkara), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Nikolai Muscat (Gzira U.), Yannick Yankam (Qormi), Zach Scerri (Gzira U.), Dylan Agius (Pietà H.), Jake Grech (Birkirkara)

    Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hiber­nians), Zachary Brincat (Mosta), Jan Busuttil (Pietà Hotspurs), Kyrian Nwoko (Valletta), Christian Mercieca (Victoria H.)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook