‘Deheb il-Karta’: serje televiżiva li tagħti ħajja lill-passat mill-ġdid

  • Set 06, 2018 14:34
  • Miktub minn iNews
"

    Serje televiżiva se tħares lejn xi wħud mill-memorji maħżuna fil-Librerija Nazzjonali, inklużi ġrajjiet minsija ta’ qtil u ta’ serq.

    “Billi titfa’ dawl fuq xi oġġetti li jinsabu fil-kollezzjonijiet li hemm fil-librerija, din is-serje televiżiva tibni pont bejn l-edukazzjoni, il-kultura u d-divertiment u tipprovdi rakkuntar ta’ stejjer li hu kulturalment sinifikattiv għal udjenzi kontemporanji”, qal il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo.

    Wieħed forsi jaħseb li dawn il-ġrajjiet dwar qtil, serq, vendetti, maħfra u trijonfi li seħħew madwar 400 sena ilu u li se jidhru f’Deheb il-Karta huma xi invenzjoni jew xi rumanz, imma fil-fatt huma kollha bbażati fuq stejjer veri dokumentati fil-manuskritti miżmuma fil-Librerija Nazzjonali. 

    Fil-qalba tal-Belt Valletta jinħass jirrenja ċertu skiet madwar il-manuskritti antiki li hemm fil-Librerija Nazzjonali, b’dawk l-ixkafef mimlijin kotba li jiksu l-ħitan kollha. L-istejjer li hemm moħbijin fihom huma minsijin, magħrufa u moqrija biss mir-riċerkaturi li jżuru l-librerija.

    “Din is-serje se tagħmel dawn l-istejjer - kif ukoll il-ħjiel dwar il-passat li huma jipprovdu - aċċessibbli għal pubbliku ferm akbar u dan billi jingħataw xeħta ta’ doku-drama mxandra fuq l-istazzjon nazzjonali”, qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. “Dan hu konformi mal-għan tal-Kunsill Malti għall-Arti li jqiegħed l-arti u l-kreattività fil-qalba tal-ġejjieni ta’ Malta”.

    Il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta għandha diversi kollezzjonijiet bħal: kotba, ġurnali, gazzetti, manuskritti u mapep kif ukoll reġistrazzjonijiet awdjo u viżivi ta’ awturi Maltin. Dawn huma ta’ importanza kbira mhux biss għall-istorja tal-gżejjer Maltin imma wkoll għall-valutazzjoni tal-istorja tal-Ewropa u tal-Mediterran.

    Deheb il-Karta, li jinsab fit-tieni staġun tiegħu, hu serje ta’ 13-il doku-drama qosra ta’ 15-il minuta kull wieħed.

    Bi skript ta’ Lino Farrugia u b’adattament għat-televiżjoni minn Frederick Testa, l-istaġun il-ġdid se jibda jintwera fuq TVM f’Ottubru.

    L-istejjer huma rakkuntati b’mod li n-narratur innifsu jkun karattru fl-istorja u b’hekk jgħin lill-ispettaturi jidħlu aktar fir-rakkont tal-ġrajja.

    Ir-riċerka dwar il-kostumi u l-kostumi stess huma provduti mit-Teatru Manoel. Il-mużika oriġinali nkitbet minn Elton Zarb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0