Isalvaw fekruna minn xifer il-mewt

  • Set 06, 2018 08:16
  • Miktub minn iNews

    Ġest nobbli ta’ żewġ persuni, George Spiteri u Maria Spiteri, wassal biex tissalva fekruna li kellha madwar metru ta’ nylon ġol-istonku tagħha.

    Tkellimna ma’ Spiteri u qalilna li kien qed jistad mat-tifla tiegħu ftit l barra mill-bajja daħlet Qorrot Għawdex. “Rajna flixkun u xi ħaġa tfawwar l-ilma.  Ersaqna viċin u rajna fekruna titħabat bin-nylon u l-flixkun marbut magħha.”

    Fil-filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali jidher l-intervent f’waqtu hekk kif b’sikkina u b’reqqa kbira, Spiteri jidher jaqta’ l-ħbula li kienu jinsabu mdawwrin ma’ idejha u ma’ ħalqha.

    “Bla telf ta’ ħin bdejt inneħilha n-nylon u ġbidtilha wkoll n-nylon li belgħet minn ħalqa.  Kellha kważi metru ġol-istonku u kellha nylon issikkat ħafna ma’ jdejha tant li ifforma fond ta’ aktar minn 5mm

    Huma qalu li jinsabu “vera sodisfatti” li rnexxilhom isalvawha u qed jagħmlu appell biex kemm jista’ jkun wieħed jevita milli jitfa’ fil-baħar biċċiet tal-ħbula, plastic u affarijiet oħra li jista’ jkun ta’ detriment għall-fkieren.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0