Rimi illegali fis-sistema tad-drenaġġ f'Għawdex twaqqaf il-produzzjoni ta' ilma mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ

  • Set 06, 2018 08:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-produzzjoni ta’ ilma ġdid mill-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ f’Għawdex kellu jitwaqqaf mis-Servizzi għall-Korporazzjoni tal-Ilma sa kmieni dalgħodu wara li kien hemm rimi sostanzjali ta’ drenaġġ mhux domestiku f’Għawdex. Dan ħabbritu l-istess Korporazzoni permezz ta’ stqarrija, fejn spjegat li tali rimi ta’ drenaġġ wassal għal tnaqqis konsiderevoli tal-livelli tal-ossiġnu fiż-żewġ bijoreatturi fl-impjant tat-tisfija.

    Il-Korporazzjoni qalet li tali rimi ta’ drenaġġ jillimita u jaf anke jwaqqaf għal kollox t-tisfija tad-drenaġġ. Apparti dan jafu jsiru ħsarat konsiderevoli li jafu jilħqu l-euf ta’ ewro.

    Il-Korporazzjoni żiedet tgħid li kull min jinqabad jarmi drenaġġ illegalment jittieħdu passi kriminali fil-konfront tiegħu.

    Kull min ikollu suspetti dwar rimi illegali fis-sistemi tad-drenaġġ jew f’każi ta’ problemi  fis-sistema jista’ jikkuntattja lill-korporazzjoni fuq 800076400 jew billi jibgħat imejl fuq customercare@wsc.com.mt. Jista’ wkoll jitkellem dirett ma’ uffiċjali tal-Korporazzjoni minn fuq is-sit tal-korporazzjoni, jew anke jista’ jgħaddi l-messaġġ tiegħu fuq is-sit tal-midja soċjali tal-Korporazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0