Barcelona se joffru kuntratt ġdid lil Sergio Busquets

  • Set 06, 2018 00:24
  • Miktub minn iNews

    Barcelona huwa mistennija li joffru kuntratt gdid lil Sergio Busquets minħabba l-irwol integrali tiegħu fit-tim.

    Il-kuntratt attwali ta’ Busquets jintemm fil-2021 iżda Barcelona jridu jaċċertaw li huwa kuntent u ma jitlaqxmin-Nou Camp u jingħaqad ma’xi club ieħor.  

    Il-kuntratt il-ġdid tal-player ta’ 31 sena ser jikkonsisti minn żieda fil-paga tiegħu kif ukoll bonuses ta’ lealtá. Il-klawsola ta’ rilaxx tiegħu ser tiżdied minn €200 sa €500 miljun, u ser jiffirma l-ftehim il-ġdid meta jirritorna minn mat-team nazzjonali.

    Is-sentejn li ma kinux obbligatorji fuq il-kuntratt kurrenti tiegħu ser isiru permanenti u għalhekk se jibqa’ mal-Katalani sal-2023 fejn ikollu 35 sena.

    Pep Guardiola kien ta l-opportunitá lill-internazzjonali Spanjol biex jilgħab mal-ewwel team lura fil-2008/09 u qatt ma ħares lura minn dakin-nhar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook