David Beckham proprjetarju ta’ klabb ġdid

  • Set 06, 2018 00:23
  • Miktub minn iNews

    It-team il-ġdid ta’ David Beckham fil-Major League Soccer se jissejjaħ Inter Miami.

    Il-klabb, li huwa l-proprjetá tal-kumpanija, Manchester Beckham United, żvela l-isem il-ġdid u l-logo tagħhom b’video fuq il-media socjali fejn kitbu:

    "Erba’ snin ilu, hlomt bi klabb tal-football. Illum, aħna kburin li nħabbru l-isem u l-logo uffiċjali ta' dan il-klabb. Ingħaqad magħna fuq vjaġġ li għadu kif beda."

    L-isem sħiħ tal-klabb sa jkun “Club Internacional de Futbol Miami”, biex jissimbolizza l-kommunitá b’saħħitha li titkellem bl-Ispnajol fil-belt ta’ Florida.

    L-eks plejer ta’ Manchester United, f’Jannar li għadda,ħabbar li  ried jifforma kumpanija fl-MLS u l-klabb se jibda jikkompeti uffiċjalment fl-ogħla diviżjoni tal-kampjonat Amerikan, fil-2020.

    Inter Miami għadhom mingħajr ground u f’Novembru li ġej, in-nies tal-belt se jmorru għalreferendum dwar kirja ta’ art biex fuqha jinbena l-istadium il-ġdid li se jiswa madwar €1 biljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0