Il-VAR se tiġi ntrodotta fil-Premier League dan ix-xahar

  • Set 06, 2018 00:21
  • Miktub minn iNews

    Il-Video Assistant Referee (VAR), mistennija tiġi ntrodotta fil-Premier League.

    Il-VAR intużat ħafna fit-Tazza tad-Dinja, li saret fir-Russja, dan is-sajf u minkejja li ġiet ikkritikata minn ħafna, l-istatistika uriet li kienet effettiva.

    Il-VAR se tiġi ntrodotta fil-Premier League wara l-waqfa internazzjonali u t-teknoloġija se tintuża mill-15 ta’ Settembru.

    Barra minn hekk, il-VAR intużat għall-ewwel darba fl-Ingilterra, fl-FA Cup u fil-League Cup l-istaġun li għadda.

    L-ewwel prova fil-Premier League se ssir fil-15 ta’ Settembru f'ħames logħbiet u se jiġi vverifikat jekk it-team tal-VAR li qiegħed ibbażat fi Stockley Park, Londra,ikunx jista' jittratta l-pressjoni li jieħu deċiżjonijiet.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0