Diversi persuni arrestati f’Bormla wara sejba droga u ammont ta' flus kontanti

  • Set 05, 2018 18:29
  • Miktub minn iNews

    Wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, dawk mill-ispecial Intervention Unit u mis-sezzjoni tal-klieb tal-Pulizija, wasslet għall-arrest ta’ tmien persuni waqt rejd li sar ilbieraħ filgħodu ġewwa diversi residenzi fosthom fi Triq Santu Rokku, Bormla ġewwa l-Pjazza tal-istess lokalità.

    Il-Persuni arrestati, sitt irġiel u żewġ nisa li l-età tagħhom tvarja bejn 17-il sena u t-43 sena huwa residenti f’Ħal Qormi u x-Xgħajra rispettivament. Waqt l-istess tfittxija nstabu madwar 115 qartas bis-sustanza allegatament kokaina, crack u eroina, lesta biex tiġi traffikata, mwieżen elettroniċi u oġġetti oħrajn li jintużaw fl-abbuż u l-bejgħ tal-istess sustanza.

    F’waħda mir-residenzi nstabu wkoll madwar €20,000 fi flus kontanti.

    Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Aron Bugeja li ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    Il-persuni arrestati ġew meħudin fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jassistu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0