Għalissa ebda pjan għall-evakwazzjoni mil-Libja… fil-pajjiż hemm mhux aktar minn 20 Malti li skont il-Gvern jinsabu tajbin

  • Set 05, 2018 17:24
  • Miktub minn iNews

    Il-Gvern mhux qed isejjaħ lill-Maltin li qegħdin fil-Libja biex jirritornaw fil-pajjiż minħabba l-ġlied li għaddej.

    Kienet kelliem għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ li qalet dan lil inewsmalta meta tlabniha tikkonfermalna jekk hemmx il-ħsieb li l-Maltin jiġu evakwati mil-Libja.

    Il-kelliema għamlitilna ċara li s-sitwazzjoni tista' tinbidel minn ħin għall-ieħor imma sostniet li s'issa s-sitwazzjoni ma hijiex daqshekk allarmanti li tinħtieġ evakwazzjoni.

    Hija qaltilna li n-numru tal-Maltin fil-Libja ma jaqbiżx l-20 u li dawn jinsabu qawwijin u sħaħ.

    Fl-aħħar jiem żdied bil-kbir il-ġlied fil-belt kapitali Libjana, Tripli, hekk kif gruppi tribali jinsabu fi ġlieda bejniethom biex jaħtfu r-riżorsi tal-pajjiż.

    Għalkemm il-kunflitt fil-pajjiż ilu għaddej mill-waqgħa ta' Muammar Gaddafi u l-qtil tiegħu fl-2011, fl-aħħar ġimgħat reġa' żbroffa.

    Fis-27 ta' Awwissu li għadda l-grupp magħruf bħala Seventh Brigade, ibbażat f'Tarhouna jiġifieri 65 mil 'il barra minn Tripli, attakka milizji rivali.

    Fil-ġlied li ssokta mietu madwar 50 persuna u għalkemm l-għada tal-offensiva ntlaħaq qbil għall-waqfien mill-ġlied l-isparar issokta tant li ngħalaq l-ajruport.

    Dan wassal biex il-Ħadd il-gvern rikonoxxut mill-Ġnus Maqgħuda, li huwa wieħed minn żewġ gvernijiet fil-pajjiż, iddikjara stat ta' emerġenza.

    Minbarra l-gvern rikonoxxut mill-kommunita internazzjonali hemm ukoll dak ibbażat f'Tobruk, fin-naħa tal-Lvant tal-pajjiż, bit-tnejn li huma għandhom bank ċentrali u kumpanija nazzjonali taż-żejt.

    F'Mejju li għadda l-Prim Ministru Fayez al-Serraj, li jmexxi l-gvern rikonoxxut mill-Ġnus Maqgħuda, u l-Ġeneral Khalifa Haftar li jmexxi l-armata u jikkontrolla ħafna mil-Lvant tal-Libja iltaqgħu f'Pariġi u qablu li sal-aħħar tas-sena għandha tissejjaħ elezzjoni ġenerali.

    Madankollu l-kunflitt riċenti qed iqajjem dubji serji kemm dan se jkun possibbli hekk kif il-milizji qed ikomplu bil-ġlied bejniethom.

    L-iktar grupp b'saħħtu jidher li huwa dak magħruf bħala s-Seba' Brigata li ġej minn Tarhouna u jiddikjara li jrid inaddaf Tripli mill-milizji li għalih huma korrotti.

    Dan għandu l-appoġġ tal-miliziji mir-reġjuni ta' Misrata u Zintan u qed jiġġieled bl-appoġġ tal-gvern rikonoxxut mill-kommunita internazzjonali għalkemm hemm dubji kemm huwa leali għal kollox lejh.

    Minbarra s-Seventh Brigade hemm ukoll il-Brigata Rivoluzzjonarja ta' Tripli, il-Brigata ta' Nawasi, il-Forzi Speċjali u l-grupp Abu Slim li huma involuti f'dan il-kunflitt.

    Ħafna Libjani jemmnu li l-gvern rikonoxxut mill-kommunita internazzjonali huwa biss “gvern fuq il-karta” għax mhux kapaċi jinfluwenza dak li jiġri.

    L-istess gvern ġie akkużat b'inkompetenza, korruzzjoni u ġlied intern li se jċedi jekk il-gruppi armati li qed jipproteġuh jitilfu s-saħħa jew ma jibqgħux jappoġġjawh.

    Minħabba dan il-ġlied mijiet ta' immigranti jinsabu maqbudin f'ċentri ta' detenzjoni tal-gvern b'madwar 400 stmati li spiċċaw bla ikel fiċ-ċentru ta' Ain Zara.

    Il-ġlied wassal ukoll biex madwar 400 priġunier ħarbu mill-ħabs ta' Tripli b'rapporti jgħidu li fosthom hemm nies leali lejn l-eks-Kurunell Muammar Gaddafi li nqatel fl-2011 wara rivoluzzjoni mill-poplu.

    Mindu Gaddafi tneħħa mill-poter, il-Libja baqgħet ma ħaditx ruħ b'ħafna miċ-ċittadini għadhom jgħixu fil-biżgħa li jistgħu jkunu vittmi tal-ġlied bejn it-tribujiet u l-milizji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook