Id-Danimarka se jilagħbu bi players tal-futsal biex jevitaw tkeċċija mill-Euro 2020

  • Set 05, 2018 15:00
  • Miktub minn iNews

    Id-Danimarka għajtu t-tieni skwadra li tinkludi players tal-futsal għal-logħbiet ta’ din il-ġimgħa kontra s-Slovakkja u Wales wara li diskussjonijiet dwar il-kuntratt mal-players regolari ma ntlaħaqx ftehim fuqhom.

    Li kieku l-Football Association Daniża (DBU) naqset li tħabbar skwadra, it-team, li jinsabu fid-disa’ post tar-rankings tad-dinja u li wasal sal-aħħar 16 fit-Tazza tad-Dinja 2018 fir-Russja, seta’ ġie mkeċċi mill-Kampjonat Ewro­pew 2020.

    Il-ġurnal Daniż, Ekstra Bla­det, irrapporta li l-iskwadra tinkludi players mit-team nazzjonali tal-futsal li hija logħba ta’ ġewwa li tintlagħab fuq courts żgħar u iebsin.

    Id-Danimarka huma pro- g­rammati li jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja llum u nhar il-Ħadd jiltaqgħu kontra Wales fl-ewwel logħba mill-istadju tal-gruppi tan-Nations League.

    Il-coach Aage Hareide mhux se jkun fil-kmand tat-team meta d-DBU ma tridux imexxi team li ma għażilx hu.

    Primarjament it-tilwima hi­ja fuq id-drittijiet tal-players inkluż il-midfielder ta’ Tottenham Hotspur, Christian Eriksen, biex jagħmlu ftehim ta’ sponsorship individwali ma’ kumpaniji li jikkompetu mal-isponsors tat-team nazzjonali. Il-kundizzjonijiet tal-ivvjaġ­ġar tal-players hija wkoll kwis­tjoni.

    Il-bieraħ l-unjoni tal-players għamlet it-tieni offerta biex testendilhom il-kuntratti eżistenti u kienet tipposponi iktar negozjati sakemm jgħad­du dawn iż-żewġ logħbiet.

    Id-DBU ma setgħetx tin­tlaħaq biex tikkummenta, iż­da rrifjutat l-istess offerta il-Ħadd li għadda.

    Is-sena l-oħra d-DBU kellha tħassar logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tat-team nazzjonali tan-nisa kontra l-Isvezja, ukoll min­ħabba kwistjoni tal-kuntratti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook