Għaxar Rumeni arrestati fuq logħob tal-azzard illegali

  • Set 05, 2018 10:28
  • Miktub minn iNews

    Għaxar persuni ta’ nazzjonalità Rumena ġew arrestati b’rabta ma’ attività ta’ logħob tal-azzard li kienu qed jieħdu sehem fiha.

    Malli l-Pulizija mill-Għassa tal-Belt Valletta ġew infurmati bil-każ, huma marru minnufih fuq il-post fejn identifikaw żewġ persuni li allegatament kienu involuti f’dan il-logħob.

    Minn investigazzjonijiet u tfittxijiet ulterjuri li saru, ġew identifikati tmien persuni oħra li allegatament kellhom x’jaqsmu f’din l-attività.

    L-għaxar Rumeni ġew arrestati u meħuda fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet. 

    Huma mistennija jitressqu fil-jiem li ġejjin quddiem il-Maġistrat tal-Għassa. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook