I Diviżjoni - Finali - I Leg
Marsaxlokk..................... 4
Birżebbuġa...................... 3
(2-0, 0-1, 2-2, 0-0)
Fl-ewwel leg (minn tlieta) tal-finali tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Marsxlokk għelbu lil Birżebbuġa bl-iskor ristrett ta’ 4-3.
Għax-Xlukkajri mpressjona l-goalkeeper Ryan Coleiro, filwaqt li għal Birzebbuġa ddiżappuanta l-Ispanjol Sergi Mora li naqas milli jsib ix-xibka.
Marsaxlokk rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu minn Claudio Spiteri de Barro u l-Ungeriż Norbert Hosnyanszky.
Birżebbuġa wettqu reazzjoni tajba fit-tieni sessjoni u rebħuha bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal uniku għalihom jiġi skorjat minn Mikhael Cutajar.
It-tielet sessjoni ntemmet fi draw ta’ 2-2 b’Michael Rizzo u Christian Gialanze jsibu x-xibka għax-Xlukkjajri waqt li David Pace Lupi u Mattias Ortoleva wieġbu għall-Iskalin.
Intant, ir-raba’ u l-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ mingħajr goals, fejn din kienet l-ewwel darba li sessjoni ntemmet bl-iskor ta’ mingħajr goals matul dan l-istaġun.
Marsaxlokk: 1-Ryan Coleiro, 2-Claudio Spiteri De Barro (1), 3-Luke Calleja, 4-Clyde Bonello, 5-Christian Gialanze (1), 6-Norbert Hosnyanszky (1), 7-Joseph Galea, 8-Michael Rizzo (1), 9-Brian Buhagiar, 10-Rainier Scerri, 11-Matthew Pace, 12-Otis Zammit, 13-Kayne Lanzon Coach: Joe Cremona
Birżebbuġa: 1-David Abela, 2-Mattias Ortoleva (1), 3-Neil Cassar, 4-David Pace Lupi (1), 5-Sergi Mora, 6-Julian Rizzo Naudi, 7-Simon Vassallo, 8-David Cutajar, 9-Stephen Micallef, 10-Mikhael Cutajar (1), 11-Karl Rizzo Naudi, 12-Jerome Zerafa Gregory, 13-Daniel Spiteri Coach: Marco Risso
Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Calabro
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.