Waterpolo: Sliema viċin it-tielet post

  • Set 05, 2018 00:16
  • Miktub minn iNews

    Premier - 3/4 Post - I Leg

    Sliema........................... 12

    Sirens............................. 7

    (5-2, 2-1, 2-1, 3-3)

    Mingħajr wisq tbatija Sliema għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor konvinċenti ta’ 12-7, f’dan l-ewwel leg għat-tielet post. Bħall-finali, din il-pożizzjoni qed tintlagħab fuq tliet legs li fil-veritá hija inutli u mġebbda u mingħajr l-ebda skop.

    Sliema rebħu l-ewwel ses­sjoni bl-iksor ta’ 5-2 b’goals minn Nicholas Bugelli, Jamie Gambin, Jerome Gabaretta u minn doppjetta tat-Taljan Christian Presciutti.

    Min-naħa l-oħra Sirens wieġbu permezz ta’ dop­pjet­ta ta’ John Brownrigg.

    Is-Slimiżi rebħu wkoll it-tieni sessjoni din id-darba bl-iskor ta’ 2-1 permezz ta’  Jerome Gabaretta u mill-captain Mark Meli.

    Edward Aquilina skorja l-uniku għat-team minn Sa Pawl il-Baħar u b’hekk sab ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.

    Bħalma għamlu fit-tieni sessjoni, Sliema rebħu wkoll dik sussegwenti bl-iskor skor bl-iskorers ikunu Mark Meli u Zach Mizzi, u fejn Edward Aquilina reġa’ wieġeb għal Sirens.

    Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni ntemmet fi draw ta’ 3-3, fejn għas-Slimiżi skorjaw Jamie Gambin u Christian Presciutti li rreġistra doppjetta.

    Min-naħa l-oħra Edward Aquilina, John Napier u l-Kanadiż Nicolas Bicari wieġbu għal Sirens.

    Sliema: Joseph Sammut, Jerome Gabaretta (2), Christian Presciutti (4), Sam Azzopardi, Mark Meli (2), Kai Dowling, Michael Spiteri Staines, David Fenech, Michael Cordina, Jamie Gambin (2), Zach Mizzi (1), Nicholas Bugelli (1), Zachary Sciberras Coach: Sergio Afric

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Paul Privitera, 3-Edward Aquilina (3), 4-Nicolas Bicari (1), 5-Marc Grech, 6-Isaiah Riolo, 7-Clint Mercieca, 8-Jacob Sciberras, 9-John Napier (1), 10-Jake Ciantar, 11-Luke Caruana, 12-John Brownrigg (2), 13-Gianni Galea Curmi Coach: Sasko Popovski

    Referees: Stefan Licari, Arnaldo Petronilli

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0