Waterpolo: Neptunes pass bogħod mir-rebħ tat-titlu

  • Set 05, 2018 00:14
  • Miktub minn iNews

    Premier - Finali - I Leg

    San Ġiljan...................... 10

    Neptunes....................... 13

    (2-0, 2-5, 3-6, 3-2)

    Wara ħasda inizjali, Neptunes, kienu l-aħjar team għal ħinijiet twal biex meri­tatament rebħu l-ewwel leg (minn tlieta) tal-finali tal-kampjonat tal-waterpolo meta għelbu lil San Ġiljan bl-iskor ta’ 13-10. 

    Kienu dawn tal-aħħar li  ħarġu b’saħħithom u rebħu l-ewwel sessjoni 2-0 b’goals minn Matthew Zammit u Ben Plumpton.

    Iżda, Neptunes wettqu reazzjoni mmedjata u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 5-2, bil-goals jaslu minn Niki Lanzon, Jordan Camilleri minn sitwazzjoni ta’ man-up, mill-Kroat Petar Muslim permezz ta’ back-hand stupend mill-viċin, u minn doppjetta ta’ Stevie Camilleri, bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty u wara sitwaz­zjoni ta’ man-up.

    Min-naħa l-oħra, Ben Plumpton u l-Kroat Paulo Ob­ra­dovic wieġbu għall-Ġiljaniżi.

    Neptunes komplew jiddominaw u ma kienet l-ebda sorpriża li  rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 6-3 b’goals minn hat-trick personali ta’ Petar Muslim  u ta’ Stevie Camilleri, filwaqt li Ben Plumpton, Paul Fava  u Paulo Obradovic minn pe­nalty rrispondew għall-Ġil­janiżi.

    San Ġiljan rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, iżda dan kien tard wisq għalihom, b’Matthew Zammit, Dino Zammit u Peter Borg jiskorjaw għall-Ġiljaniżi, filwaqt li Jeremy Abela u Stevie Ca­milleri minn man-up wieġbu għal Neptunes.

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Peter Borg (1), 3-Andreas Galea, 4-Ben Grech, 5-Christian Farrugia, 6-Matthew Zam­mit (2), 7-Ben Plumpton (3), 8-Darren Zammit, 9-Tris­tan Said, 10-Paulo Obradovic (2), 11-Paul Fava (1), 12-Dino Zammit (1), 13-Tho­mas Micallef Coach: Marko Orlovic

    Neptunes: 1-Alan Borg Cole, 2-Niki Lanzon (1), 3-Ken Erdogan, 4-Gabriel Pace, 5-Petar Muslim (4), 6-Nikolai Zammit, 7-Stevie Camilleri (6), 8-Jordan Camilleri (1), 9-Jeremy Abela (1), 10-Miguel Zammit, 11-Jake Muscat, 12-Matthias Azzopardi, 13-Joseph Parnis Coach: Jovan Popovic

    Referees: Peter Balzan, Massimo Calabro

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0